Motorsport
L-ASMK torganiza t-tieni edizzjoni tad-demolition derby għall-vannijiet
Jirbaħ Eman Farrugia fuq Tata Sierra

Motorsport lokali: tnax-il sewwieq ħadu sehem fit-tieni demolition derby għall-vannijiet organizzata f’Lulju mill-Assoċjazzjoni Sport Muturi u Karozzi.

Sittax-il vettura kienu rreġistraw għall-kompetizzjoni imma erba’ minnhom m’għaddewx mit-testijiet kollha.

Id-demolition derby li saret quddiem mijjiet ta’ spettaturi f’Ta’ Qali ħadet madwar 40 minuta: bit-taqtigħa tal-aħħar tkun bejn Eman Farrugia u Marlon Caruana it-tnejn fuq Tata Sierra, u Jurgen Gatt fuq Kia Carnival: qabel eventwalment kien Caruana li ħareġ rebbieħ, b’Farrugia runner-up.

Demolition Derby oħra mistennija ssir il-Ħadd 27 ta’ Ottubru iddedikata għal sewwieqa nisa biss fuq vetturi zgħar. Id-Demolition tal-Milied li fiha jistgħu jieħu sehem l-karozzi kbar ukoll se ssir il-Ħadd 22 ta’ Diċembru.

L-ASMK se tkun organizzat b’kollox erba’ Demolition Derbies dan l-istaġun li swew biex tneħħew mit-toroq xejn inqas minn 120 vettura qadima.

Miktub minn...
Peter Cossai
Kap ta' TVM Sport. Isegwi l-Isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirraporta l-football lokali u internazzjonali. Jippreżenta l-programm 90 Minuta.
Aħbarijiet Oħra
Motorsport

Il-Federazzjoni Maltija tal-Motorsport tixtieq tifraħ lil Island Karting Club għall-inawgurazzjoni tal-korsa tal-karting f’Ħal Far. Il-Federazzjoni hija grata lejn kull min kien involut fosthom Infrastructure Malta għall-appoġġ tagħhom fit-tlestija ta ’din…

Motorsport

Iċ-Ċili se jkunu qed jospitaw l-ewwel tellieqa fil-kalendarju tal-Formula E, ‘the Santiago E-Prix’. L-ewwel tellieqa ssir fis-16 ta’ Jannar. Il-kampjonat itemm bl-aħħar Grand Prix f’Londra, f’Lulju. Il-line up tal-kalendarju kien…

Motorsport

Il-Malta Motorsport Federation ilha taħdem mill-qrib mal-FIA fuq inizjattiva ġodda specjalment f’dan iż-żmienijiet ta’ impatt tal-COVID-19, biex toħloq programm online ta’ taħriġ għas-sewwieqa żgħażagħ (YDP). Il-President tal-MMF, Tonio Cini, iddikjara…

Motorsport

Is-sewwieqa tal-Mercedes Lewis Hamilton u Valtteri Bottas irritornaw fuq iċ-ċirkwit ta’ Silverstone għall-ewwel darba minn Frar li għadda meta bdew it-taħriġ taħt protokolli ġodda. Is-sewwieqa bdew jitħarrġu b’restrizzjonijiet minħabba l-pandemija…

Aktar