Hockey
L-Assoċjazzjoni tal-Hockey bi proġett mal-Club Olandiż HC Schiedam

Il-Hockey Association of Malta (HAM) għadha kemm iffirmat ftehim ta’ 18 -il xahar mal-Club Olandiż ta’ HC Schiedam. Dan il-proġett hu parti mill-inizjattiva tal-European Hockey Federation (EFH) u l-Federazzjoni Nazzjonali tal-Hockey tal-Olanda (KNHB).

HC Schiedam hu Club ibbażat f’Rotterdam bi storja twila f’dan l-isport. Il-Club għandu teams tal-Youths, tal-kbar, nisa u anke joffri sessjonijiet għal persuni bi bżonnijiet speċjali.

Il-proġett ta’ ġemallaġġ bejn l-Assoċjazzjoni Maltija u l-Club Olandiż se jkun koordinat u mmexxi mis-Segretarju Ġenerali David Agius flimkien ma’ Bernice Calleja u Ramon Chircop.

Fi Stqarrija l-HAM qalet li dan il-proġett se jwassal sabiex il-logħba f’pajjiżna tkompli tiżviluppa f’pajjiżna.

 

Miktub minn...
TVM Sport
.
Aħbarijiet Oħra
Hockey

L-Assoċjazzjoni Maltija tal-Hockey ddeċidiet li ma minħabba s-sitwazzjoni tal-COVID-19 f’pajjiżna ma tkompliex il-kampjonati tagħha tal-istaġun 2019/20 u tiddikjara bħala Champions lil dawk il-Clubs li kienu l-ewwel fil-klassfika qabel ma’ waqqfu…

Hockey

Diżappunt fl-isfond tal-kriżi COVID-19 għal żewġ Club Maltin tal-Hockey Qormi Daikin u Gree Hotsticks li għadhom kif ħadu l-aħbar li ġie pospost ukoll it-Tournament EuroHockey Club Trophy u l-Club Challenge 2020. Din…

Hockey

Fir-Russja: Hekk kif il-lenti internazzjonali qedgħa fuq l-iskandlu tad-doping f’dan il-pajjiż, il-President tal-pajjiż Vladimir Putin mar jilgħab il-Hockey flimkien mal-Ministru tad-difiża Russu Sergei Shoigu. Huma lagħbu flimkien ma’ diversi players…

Aktar