Futbol internazzjonali
L-Assoċjazzjoni tal-klabbs Ewropej iridu format ġdid fl-2024

Fit-23 Laqgħa Ġenerali Annwali tal-Assoċjazzjoni tal-Klabbs Ewropej li saret f’Ġinevra, l-klabbs insistew fit-talba tagħhom biex ikun hemm riforma fil-kompetizzjonijiet ewropej.

Il-proposta ppjanat li tibda fis-sena 2024 tinkludi l-formazzjoni ta’ tliet divijonijiet b’timijiet ikunu promossi u relegati minn diviżjoni għall-oħra fi tmiem l-istaġun.
Il-klabbs iż-żgħar mill-banda l-oħra qed jinsistu li jkun hemm riforma fejn m’humiex kuntenti bis-sistema attwali fejn dawn il-klabbs iridu jilagħbu logħbiet f’Lulju u awwissu biex forsi jaslu sal-fażi tal-gruppi.

Din is-sena it-tim ta’ Ajax, semifinalista fl-edizzjoni tas-sena l-oħra, kellu jgħaddi minn żewġ rawnds biex għadda sal-fażi tal-gruppi.

Andrea Agnelli li kien konfermat fil-Presidenza tal-assoċjazzjoni tal-Klabbs qal li ftehim se jintlaħaq sas-sena 2022 bil-mira li ir-riforma tibda sentejn wara.

Miktub minn...
Simon Farrugia
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-Isport lokali u internazzjonali. Jippreżenta l-aħbarijiet sportivi , jirraporta u kummentatur tal-logħbiet mill-Kampjonat Premier, UEFA Champions League u UEFA Europa League
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

Il-captain ta’ Barcelona, Lionel Messi, huwa mistenni li jagħmel ir-ritorn tiegħu fit-tim Katalan fil-logħba tal-lejla kontra Borussia Dortmund. Messi għadu ma lagħabx logħba waħda ma’ Barcelona f’dan l-istaġun wara li…

Futbol internazzjonali

Torino 1  Lecce 2 Lecce ħadu l-ewwel rebħa tagħhom fis-Serie A f’dan l-istaġun meta marru għand Torino u rebħulhom bl-iskor ta’ 2-1. Kien Farias li fil-35 minuta poġġa lil Lecce…

Futbol internazzjonali

Il-Pulizija arrestaw 10 partitarji Ultras ta’ Juventus fuq suspetti li ppruvaw jordnaw lill-klabb Taljan biex jagħtihom biljetti b’xejn biex ibiegħhuhom f’kuntrabandu. Dan il-każ qed ikun meqjus bħala daqqa ta’ ħarta…

Futbol internazzjonali

Luciano Passirani, il-kummentatur u ġurnalist fuq l-istazzjon Top Calcio 24, tkeċċa minħabba kummenti razzisti li għadda s-Sibt filgħaxija wara l-partita li fiha Inter għelbu lil Udinese bi skor ta’ 1-0….

Aktar