Olimpijadi TOKYO 2020
L-atleti li s-sena d-dieħla se jikkompetu fl-Olimpjadi tal-Ġappun ġew eżentati milli jagħmlu 14-il ġurnata kwarantina

L-atleti li s-sena d-dieħla se jikkompetu fl-Olimpjadi tal-Ġappun ġew eżentati milli jagħmlu 14-il ġurnata kwarantina.

Din l-aħbar tawha l-organizzaturi tal-Olimpjadi tas-sajf li ġej.

L-Olimpjadi li kellhom isiru fis-sajf li għadda tmexxew għas-sajf li ġej minħabba l-pandemija tal-coronavirus.

L-organizzaturi qalu li għad irid jinħadmu ċerti dettalji iżda l-miżuri għall-atleti se jkunu ħafna, fosthom dawk li jridu jagħmlu test kull 72 siegħa.

Miktub minn...
TVM Sport