International Sports
L-atleti li ser jieħdu sehem fl-Olimpjadi ta’ Beijing 2022 xejn mhuma komdi b’dak li qiegħed iseħħ fiċ-Ċina

Il-Kap Eżekuttiv taċ-Ċentru għall-Isport u d-Drittijiet tal-Bniedem, Mary Harvey, qalet li l-atleti għandhom dritt ikunu inkwetati dwar l-Olimpjadi tax-Xitwa li ser isiru f’Beijing is-sena d-dieħla. Diversi gruppi favur id-drittijiet tal-bniedem qed iħeġġu lill-Kumitat Olimpiku Internazzjonali sabiex ma jħalliex il-Logħob Olimpiku tax-Xitwa jsir f’Beijing, u dan minħabba t-trattament li jirċievu l-Musulmani Uighur, kif ukoll persuni oħra.

Mary Harvey qalet li qed tittama li l-informazzjoni li tasal miċ-Ċina tkun trasparenti, u semmiet kif fil-preżent mhix tasal informazzjoni neċessarja biex isserraħ moħħ l-atleti li beħsiebhom jipparteċipaw. Diversi atleti qed iħossuhom skomdi li jieħdu sehem f’pajjiż li huwa magħruf li jikser id-drittijiet tal-bniedem. Hemm minnhom li qalu li mhuwiex ġust li ser ikollhom jagħżlu bejn xogħolhom u l-morali tagħhom.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA