L-Atleti Maltin jitilqu lejn Rio de Janeiro

Dalgħodu l-maġġoranza tal-kontinġent Malta ħalla Malta fi triqtu lejn Rio de Janeiro fejn l-atleti Maltin u d-diversi diretturi tal-Kumitat Olimpiku Malti nhar il-Ġimgħa jipparteċipaw fiċ-ċerimonja tal-ftuħ f’Rio de Janeiro għall-Olimpijadi 2016. Fost l-atleti li telqu minn Malta dalgħodu kien hemm Charlotte Wingfield u Andrew Chaetcuti li ddeċidew li jinżlu Malta għal xi jiem qabel sabiex jitilqu minn Malta lejn Rio. Ħallew Malta dalgħodu wkoll Nicola Muscat, Luke Bezzina u Kyle Micallef b’dawn l-aħħar ż-żewġ atleti li saru jafu li se jipparteċipaw fl-Olimpijadi inqas minn tliet ġimgħat ilu. L-atleti kienu akkumpanjati fost l-oħrajn minn Julian Pace Bonello President tal-Kumitat Olimpiku Malti.

L-Ewwel atlet Malti li se jidebutta fil-logħob Olimpiku se tkun Eleanor Bezzina li nhar il-Ħadd tispara fit-Ten Metre Air Pistol fid-9am ħin fil-Brażil fis-2 ta’ wara nofsinhar ħin f’Malta.

Miktub minn...
TVM Sport
.