Olimpijadi TOKYO 2020
L-atleti tal-Awstralja tal-Olimpjadi f’Tokjo jkunu l-ewwel li jingħataw l-ilbies uffiċjali

L-atleti Awstraljani li se jipparteċipaw fl-Olimpjadi ta’ Lulju li ġej ingħataw l-ilbies uffiċjali li se jkunu qed jilbsu waqt li jkunu f’Tokjo.

L-uniformi b’kulur isfar u aħdar intlibsu minn diversi atleti u se jkunu qed jintlibsu mill-kontnġent Awstraljan kollu, li hu meqjus bħala l-ikbar weħed tal-pajjiż fl-Istorja tal-Olimpjadi.

Ix-Chef de Mission, Ian Chesterman, kien kunfidenti li l-organizzaturi se jkunu qed jaħdmu u jlesti protokoll serju li jipproteġu lil kull min ikun f’Tokjo u għandu x’jaqsam ma’ dawn il-Logħob.

Chesterman qal ukoll li huwa importanti li l-atleti jibqgħu jiffukaw l-aktar fuq it-taħriġ tagħhom biex jinkisbu l-aqwa riżultati possibbli u kemm jista’ jkun midalji.

 

Miktub minn...
TVM Sport