L-attakant Ċilen Alexis Sanchez jingħaqad ma’ Arsenal

Akkwist importanti għal Arsenal li kisbu s-servizzi tal-attakant internazzjonali Ċilen Alexis Sanchez għal madwar €40 miljun ewro mingħand Barcelona.

Sanchez li sa ġimgħa u nofs ilu kien qed jieħu sehem fit-Tazza tad-Dinja ma pajjiżhu ċ-Ċili, qabel dawn ġew eliminati bil-penalties mill-Brażil, fl-aħħar siegħat temm ħesrem il-vaganza tiegħu biex mar Londra fejn għamel it-testijiet mediċi.

L-attakant li qabel Barcelona kien fis-Serie A fl-Italja ma Udinese, iffirma kuntratt fl-Emirates Stadium ta’ erba snin li minnhu se jdaħħal salarju ta’ ‘l fuq minn €150,000 fil-ġimgħa.

Salarju li jaraħ jilħaq lill-Ġermaniż Mesut Ozil bħala l-iktar żewġ plejers imħallsin fl-iskwadra mmexxija mil-veteran Franċiż Arsene Wenger.

Sadanittant fi żviluppi oħra, Arsenal mistennija jibqgħu attivi fis-suq tat-trasferimenti hekk kif fil-ġimgħat li ġejjin mistennija jakkwistaw lid-difensur internazzjonali Franċiż Mathieu Debuchy mingħand Newcastle United.

It-tluq ta’ Alexis Sanchez minn ma’ Barcelona mistenni jwassal biex il-Katalani fis-siegħat li ġejjin jikkonkludu l-akkwist tal-attakant Urugwajan Luis Suarez mingħand Liverpool għal somma li mistennija tlaħħaq it-€80 miljun ewro.

Miktub minn...
Rodney Vassallo
Aħbarijiet Oħra

Il-manager ta’ West Ham David Moyes flimkien mal-plejers Issa Diop u Josh Cullen irriżultaw pożittiv għat-test tal-Covid-19 li sarilhom ftit sigħat ilu. L-istaff mediku tal-klabb kien infurmat bir-riżultati ftit tas-sigħat…

Juventus iffirmaw lill-attakkant Spanjol Alvaro Morata b’self għal sena mingħand Atlético Madrid. Iċ-champions Taljani ħallsu €10 miljuni sabiex ħadu lil Morata għal sena, biċ-ċans li jixtruh permanenti meta jispiċċa t-terminu…

MALTA ………….0 DANIMARKA….8 EURO 2021 TAN-NISA Telfa kbira ta’ 8-0 għal Malta kontra d-Danimarka illejla fis-Centenary Stadium. It-telfa hija s-sitt waħda għat-tfajliet Maltin minn tmien logħbiet s’issa fi Grupp B:…

Il-partitarji ta’ Seville qed jiġu ttestjati kontra l-COVID-19 hekk kif jinsabu fi triqithom lejn l-Ungerija għall-finali tas-Super Cup tal-Ħamis li ġej kontra Bayern Munich. Il-partitarji se jitħallew jidħlu jsegwu l-finali…

Aktar