Futbol lokali
L-attakkant Luke Montebello premjat bl-unur tal-plejer tax-xahar għal Ottubru

Luke Montebello premjat bl-unur tal-plejer tax-xahar għal Ottubru

L-attakkant ta’ 26 sena skorja tliet darbiet fix-xahar inkwistjoni biex għen lit-tim tiegħu iżomm il-pass ma’ ta’ fuq.

Montebello fetaħ l-iskor fid-draw 1-1 kontra Hibernians, waqt li anke rreġistra doppjetta fir-rebħa fuq Sirens.

Il-viċi President tal-Malta FA Dr. Matthew Paris ippreżenta l-unur tal-BOV Player of the Month għax-xahar t’Ottubru lil Montebello qabel il-logħba tal-Ħadd filgħodu fit-Tony Bezzina Stadium li Birkirkara tilfu kontra Santa Lucia, l-attakkant tat-Tim Nazzjonali Malti għażel lil Puttinu Cares biex jibbenefikaw mid-donazzjoni marbuta ma’ dan l-unur.

Miktub minn...
Rodney Vassallo