Futbol lokali
L-Avukat Chris Bonett se jikkontesta għall-President tal-Malta Football Association

L-Avukat Chris Bonett se jikkontesta l-kariga ta’ President tal-Malta Football Association fil-Laqgħa Ġenerali Annwali 2019, li se ssir fl-20 ta’ Lulju li ġej.

L-ex Viċi President tal-MFA, ħabbar dan permezz ta’ ittra uffiċjali lill-Klabbs lokali u lill-Member Associations ftit tal-ħin ilu li kienet segwita wkoll minn messaġġ fuq il-media soċjali.

Bonett qal li se jkun qed jaqsam proposti u pjan fit-tul biex jinbidel dak li hu neċessarju u biex il-klabbs ikunu tabilħaqq fuq nett tal-aġenda tiegħu.

“Bħalma dejjem għamilt, se nagħmel l-almu kollu tiegħi biex din il-ħolma tagħna ssir realtà u għalhekk wara li kkonsultajt mal-membri kollha tal-familja tal-football Malti, ħadt id-deċiżjoni li kelli nieħu u qiegħed inħabbar li fl-20 ta’ Lulju li ġej se nkun kandidat għall-Presidenza tal-MFA,” kiteb Chris Bonett.

Bonett stqarr li fil-ġranet u l-ġimgħat li ġejjin, se jkun qed jaqsam il-proposti tiegħu u tat-tim tiegħu għall-futur tal-futbol Malti, fejn se jitnieda pjan fit-tul li għandu jwassal biex bil-ħidma tiegħu, flimkien ma’ dawk li għandhom għal qalbhom il-futbol, isiru l-bidliet neċessarji li għandu bżonn il-futbol Malti biex il-klabbs ikunu verament fuq nett.

“Wasal iż-żmien li flimkien niktbu kapitlu ġdid fl-Istorja tal-futbol Malti, żmien li fih l-MFA trid tinbidel u ssir Assoċjazzjoni moderna, imexxija bl-aktar mod trasparenti u tħaddan prinċipji kummerċjali. Dan se jkun żmien li fih it-tfal tagħna jingħataw l-opportunità li l-futbol jippratikawh bħala professjoni full-time u jwettqu l-ħolma tagħhom li jkollhom karriera glorjuza. Dan se jkun żmien li fih it-tim nazzjonali jagħtina l-emozzjonijiet li b’mod regolari ngħajtu “gowl”. Se jkun żmien li fih il-klabbs tagħna jingħataw l-għodda kollha neċessarja biex ikollhom organizazzjoni professjonali, jagħtuna kampjonati mill-isbaħ u jirbħu fl-Ewropa”, kiteb Chris Bonett.

 

L-Itta li bgħat Chris Bonett lil Klabbs hawn taħt:

Miktub minn...
TVM Sport
.
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

KAMPJONAT BOV PREMIER 2019/20 Mosta………1 Birkirkara..1 B’Kara FC baqgħu bla rebħa wara 4 logħbiet meta ġew miżmuma fi dro ta’ 1-1 minn Mosta FC. Wara 6 minuti logħob xutt ta’…

Futbol lokali

Bejn illejla u nhar il-Ħadd li ġej tintlagħab ir-raba’ ġurnata tal-Kampjonat BOV Premier. S’issa, it-tim promoss ta’ Sirens flimkien ma’ Senglea A. u Floriana jinsabu fil-quċċata tal-klassifika, kollha b’7 punti,…

Futbol lokali

Emmanuel Bartolo, gowlkiper ta’ Hamrun Spartans u Destin Mambouana, plejer ta’ Tarxien Rainbows, ġew sospiżi partita mill-Kummissarju tad-Dixxipplina tal-Malta Football Association. Iż-żewġ plejers iridu jiskontaw il-partita li jmiss mill-Kampjonat BOV…

Futbol lokali

KAMPJONAT BOV PREMIER 2019/20 VALLETTA FC……….1 FLORIANA FC………1 Quddiem folla ta’ madwar 3,800 spettatur ir-rivali Valletta u Floriana ħadu punt kull wieħed hekk kif il-Beltin ġabu l-goal tad-draw fl-aħħar sekondi…

Aktar