Olimpijadi TOKYO 2020
L-Awstralja jirtiraw mill-Olimpjadi 2020, ser isegwu n-Norveġja

L-Awstralja hija t-tieni pajjiż li rtirat mill-Olimpjadi tas-sajf li ġej minħabba l-pandemija tal-Covid-19. L-irtirar tal-Awstralja jkompli jżid il-pressjoni fuq l-organizzaturi tal-Olimpjadi sabiex jipposponu l-logħob, għaliex s’issa hemm diġa’ żewġ pajjiżi li ċertament mhumiex se jikkompetu f’Lulju u Awwissu li ġej. L-Awstralja mxiet fuq il-passi tal-Kanada li l-Ħadd ħadu d-deċiżjoni li jirtiraw mill-Olimpjadi jekk kemm-il darba dawn ma jkunux posposti.

Il-posponiment tal-logħob ser ikun daqqa ta’ ħarta kbira fuq l-ekonomija Ġappuniża wara li aktar minn $12-il biljun kienu investiti għal dan l-avveniment. L-isponsors u l-awtoritajiet tax-xandir viżiv ukoll ser jaqilgħu daqqa ta’ ħarta, biss l-ewwel trid tkun imħarsa saħħet l-atleti qabel wieħed jikkunsidra t-telf ta’ flus. Fil-preżent, diversi atleti qegħdin isibuha diffiċli biex jitħarrġu fil-gyms, fl-istadiums u fil-pixxini differenti madwar id-dinja.

Pajjiż ieħor li ddeċieda li ma jibgħatx l-atleti f’Tokjo jekk is-sitwazzjoni tal-coronavirus tibqa’ kif inhi, huwa n-Norveġja. Skont il-President tal-Kumitat Olimpiku Norveġiż Berit Kjoell in-Norveġja m’għandiex tibgħat l-atleti jekk saħħithom tkun f’riskju. Skont Kjoell, jekk il-pandemija tal-Covid-19 ma tkunx taħt kontroll, l-ebda atleta m’għandu jersaq lejn Tokjo, aħseb u ara kemm isiru l-Olimpjadi kif skedat.

Fl-aħħar sigħat, kemm il-Gvern Ġappuniż kif ukoll il-Kumitat Olimpiku Internazzjonali bdew jitkellmu mod ieħor dwar il-posponiment tal-logħob, wara li għal ġimgħat sħaħ sostnew li l-Olimpjadi ser isiru kif skedat. Fl-istorja tal-logħob olimpiku, s’issa qatt ma’ kien hemm posponiment, biss kienu kkanċellati tliet darbiet fl-istorja. Dawn kienu fl-1916, fl-1940 u fl-1944 minħabba l-Gwerer Dinjija. Barra dawn, fl-1980 u fl-1984, diversi pajjiżi ma kenux ħadu sehem minħabba l-Gwerra l-Bierda, meta kienu saru f’Moska u f’Los Angeles rispettivament.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA
Aħbarijiet Oħra
Olimpijadi TOKYO 2020

It-Tennista Ġappuniża player Naomi Osaka, li kienet il-wiċċ uffiċjali tal-istrateġija ta’ Marketing tal-Kumitat Olimpiku Ġappuniż bħala preparazzjoni għall-Olimpijadi ta’ Tokyo 2020 ħarġet tiddefendi d-deċiżjoni li jkunu posposti l-Olimpijadi. Osaka, li…

Olimpijadi TOKYO 2020

L-atleti li kienu diġà kwalifikaw għall-Olimpjadi ta’ Tokjo 2020 qabel ma l-Logħob ġie pospost, se jżommu posthom bħala parteċipanti għal meta se jsiru s-sena d-dieħla. Madraw 6,200 atleta minn 11,000…

Olimpijadi TOKYO 2020

L-Assoċjazzjoni tal-futbol fil-Korea t’Isfel talbet lill-Kumitat Olimpiku Internazzjonali biex jgħolli l-limitu tal-età tal-plejers tal-futbol li se jipparteċipaw fl-Olimpjadi li issa se jsiru s-sena d-dieħla. L-Assoċjazzjoni Koreana qalet li dawk il-plejers…

Olimpijadi TOKYO 2020

Il-Kumitat Olimpiku Internazzjonali beda jiddiskuti mal-assoċjazzjonijiet u l-federazzjonijiet sportivi madwar id-dinja sabiex l-Olimpjadi jsiru bejn Lulju u Awwissu tas-sena li ġejja. Il-ħsieb tal-KOI hu li sax-xahar id-dieħel ikunu ġew deċiżi…

Aktar