Rugby
L-Awstralja titfa’ l-offerta biex tospita t-Tazza tad-Dinja tar-Rugby fl-2027

L-Awstralja qed tittama li tingħata d-dritt li tospita t-Tazza tad-Dinja tar-Rugby fl-2027. Matul il-ġurnata tal-Ħamis, l-Awstralja ppreżentat l-offerta tagħha għall-edizzjoni ta’ sitt snin oħra, b’diversi plejers isostnu li dan hu l-aħjar mument sabiex ir-rugby fil-pajjiż jerġa’ jieħu l-ħajja.

L-Awstralja dejjem kienet qawwa fid-dinja tar-rugby, tant li waslu sal-finali tat-Tazza tad-Dinja erba’ darbiet, l-aħħar waħda fl-2015. Minn dakinhar sal-lum, fl-aħħar sitt snin, il-Federazzjoni tar-Rugby fl-Awstralja għaddiet u għadha għaddejja minn problemi finanzjarji kbar li qed iwasslu lil din il-logħba fi kriżi.

Wara li l-Arġentina rtirat l-offerta tagħha għall-edizzjoni tal-2027, kien fadal biss l-offerta tar-Russja, u kien għalhekk li l-Awstraljani ddeċidew li jitfgħu l-offerta tagħhom.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA