Olimpijadi TOKYO 2020
L-Awstralja tlaqqam lill-atleti tagħha bi preparazzjoni għall-Olimpjadi

L-Awstralja bdiet tlaqqam lill-atleti tagħha li se jkunu qed jikkompetu fl-Olimpjadi ta’ Tokjo ta’ Lulju li ġej.

L-Awstralja qalet li bdiet tieħu din il-miżura biex tkun ta’ wens u ċertezza għas-sigurtà tal-atleti tagħha.

L-Awstralja miexja b’rittmu kalm ħafna fejn jidħlu l-vaċċini iżda l-atleti tal-Olimpjadi u l-Paraolimjadi ngħataw il-permess biex jaqbżu lil kulħadd biex ikunu preparati bl-aħjar mod.

L-ex Champion tad-Dinja tal-għawm, Cate Campbell, kienet fost dawk li ħadet it-tilqima.

Miktub minn...
TVM Sport