
Boxing
L-awtopsja tikkonkludi li mart Mayweather kienet mietet minħabba overdose
Fis-sigħat li għaddew, l-awtopsja fuq il-kadavru ta’ Josie Harris, ikkonkludiet li l-mara kienet mietet minħabba overdose.
F’Marzu li għadda, Harris kienet instabet mejta fil-karozza tagħha f’Valencia, f’Kalifornja.
Hi kellha 40 sena.
Wara kważi tliet xhur, ir-rapporti fl-Istati Uniti qed jgħidu li ngħataw ir-riżultat tal-awtopsja li l-konklużjoni tagħha tgħid li kien overdose aċċidentali.
Josie u Floyd għexu flimkien għal 15-il sena u kellhom tlett itfal, Jirah, Sion u Koraun.