BOV Premier League 2021/22
L-ebda gowl fl-‘Old Firm Derby’ bejn Sliema W. u Floriana

KAMPJONAT BOV PREMIER 2021/22

Sliema W……………0

Floriana……………..0

Sliema W. u Floriana fl-‘Old Firm Derby’ temmew f’parita’ ta’ 0-0, f’partita li kienet waħda interessanti meta tħares b’mod speċjali lejn it-tieni taqsima. Partita li Floriana kienu l-aħjar tim u setgħu rebħu dan id-‘derby’, pero’ min jiskurja jerbaħ, ħaġa li l-Greens ma rnexxilhomx jagħmluha tul il-partita.

 Fl-14-il minuta, tasal l-ewwel azzjoni ta’ Floriana, kross mil-lemin ta’ Daniel Agius, Ryan Camenzuli mill-kaxxa jitfa’ għoli mil-lasti Slimiżi. Nofs siegħa logħob jerġgħu l-Greens, konklużjoni ta’ Ryan Camenzuli mix-xellug ftit ‘il barra mill-kaxxa, ballun għoli.

 Fl-40 minuta, ċans kbir għall-Floriana li jiftħu l-iskor, kross mix-xellug ta’ Adam Magri Overend, iż-żagħżugħ Daniel Agius inkredibilment jitfa’ ftit għoli minn taħt Timothy Aquilina.

Tieni taqsima; 57 minuta, u jkunu Sliema b’azzjoni personali ferm sabiħa ta’ Myles Beerman, jgħaddi tajjeb bejn xi difensuri, jidħol fil-kaxxa pero’ l-konklużjoni tiegħu sfortunatament tispiċċa biss f’idejn il-gowlkeeper Furjaniż Georgi Kitanov.

 62 minuta, risposta Floriana, azzjoni sabiħa ferm tas-sostitut Jan Busuttil li mix-xellug fil-kaxxa f’kontrattakk, jitfa’ ftit barra mil-lasti ta’ Sliema. 69 minuta, xutt ieħor mil-isbaħ tal-istess Jan Busuttil mill-kaxxa, ballun imtajjar b’mod tajjeb ferm minn Aquilina f’korner.

 87 minuta, Sliema W. jirrispondu b’xutt minn barra l-kaxxa tas-sostitut Carlos Flores, ballun għoli pero’ mil-lasti ta’ Kitanov.

 Riżultat finali-Sliema W. 0-0 Floriana

BOV Plejer tal-Partita-Jan Busuttil (Floriana)

Referee-Glen Tonna

 Sliema W.-T.Aquilina, P.J.Morales (88′ M.Freitas), K.Shaw, Y.Uchida (88′ S.Grech), J.Mintoff (C) (55′ O.Elouni), E.Agius (73′ C.Flores), G.Aquilina, I.Gui (73′ D.Holla), M.Beerman, R.Sohna, D.Vukovic

 Floriana– G.Kitanov, A.Magri Overend, C.Rutjens, O.El Hasni, Z.Cassar, K.Keqi, J.Arias (90 +’ B.Paiber), N.Garcia (C), A.Garzia, R.Camenzuli (52′ J.Busuttil), D.Agius (52′ A.Caseres)

Miktub minn...
Chris Cassar