Futbol internazzjonali
L-ebda intenzjoni biex Harry Kane jinbiegħ lil Manchester United

Tottenham Hotspur għamluha ċara li m’għandhom l-ebda intenzjoni li jbiegħu lil Harry kane lil Manchester United.

L-attakkant tal-Ingilterra kien qed jissemma’ li seta’ jinbiegħ lir-Red Devils fis-sajf li ġej għall-rekord ta’ miljuni ta’ ewro.

Rapporti riċenti qali li Daniel Levy, iċ-chairman ta’ Tottenham, kien qed jikkunsidra offerta ta’ madwar €220 miljun minħabba problemi finanzjarji li ġew fuq il-klabb minħabba l-coronavirus.

Il-pandemija tal-coronavirus ġabet problemi kbar fuq ħafna klabbs tal-Premier League Ingliż u Tottenham hu wieħed mill-klabbs li bagħat diversi impjegati d-dar sakemm is-sitwazzjoni terġa’ tiġi lura għan-normal.

Miktub minn...
TVM Sport