Sports Internazzjonali
L-Eks President tal-IAAF Diack jibda għaddej ġuri f’Ġunju

Il-ġuri tal-eks President tal-IAAF il-Federazzjoni Internazzjonali tal-Atletika Lamine Diack, se jibda fit-8 ta’ Ġunju f’Pariġi.

Diack se jkun akkużat fost oħrajn b’korruzzjoni, ħasil ta’ flus u talli ipprova jgħatti l-iskandlu tad-doping tar-Russja li kien jinvolvi xejn inqas minn 23 każ ta’ atleti ddopjati.

Diack li hu Senegaliż mexxa lill-IAAF bejn l-1999 u l-2015 u issa qed jaffċċja 10 snin priġunerija.

Il-Media Franċiża fosthom il-ġurnal L’Equipe qed jgħid li l-ġuri mhux mistenni jdum iktar minn għaxart ijiem.

 

Miktub minn...
TVM Sport
.
Aħbarijiet Oħra
Sports Internazzjonali

Magnus Carlsen għeleb lir-rival tiegħu Anish Giri fil-finali li rat lin-Norveġiż jirbaħ iċ-Chessable Masters Championship. Carlsen ħa battikata biex il-partita marret f’tie break f’finali li kienet bejn l-aqwa minn tliet…

Formula 1

Ritorn mill-isbaħ għall-Formula 1 fil-Gand Prix inawgurali tal-Awstrija wara li l-ewwel Grand Prix oriġinalment fil-kalendarju kellhom jkunu kanċellati jew posposti. Il-Ħadd wara nofsinhar spettaklu ta’ sewqan u emozzjonijiet sal-aħħar lap,…

Sports Internazzjonali

Iċ-Ċiklista kolombjan Nairo Quintana kien involut f’inċident hekk kif intlaqat minn vettura waqt it-taħriġ f’pajjiżu. Iċ-ċiklista ta’ 30 sena fil-passat rebaħ il-Giro D’Italia fl-2014 u l-Vuelta sentejn wara. Mill-ewwel testijiet…

Formula 1

L-erba’ darbiet champion tad-dinja tal-Formula 1 Sebastian Vettel irrikonoxxha li l-karriera tiegħu se tintemm hekk kif jintemm l-istaġun. Il-Ġermaniż se jkun qed isuq għall-aħħar sena mal-Ferrari bis-sewwieq Carlos Sainz li…

Aktar