Futbol internazzjonali
L-esperjenzi u l-avventuri ta’ Bryan Robson u Dennis Irwin meta kienu pajjiżna dan is-sajf

L-ambaxxaturi ta’ Manchester United, Bryan Robson u Denis Irwin, kienu pajjiżna matul ix-xhur tas-sajf sabiex jaraw b’għajnejhom x’toffri Malta.

Dak li beda bħala mawra oħra, malajr dar f’avventura wara li l-leġġendi tar-Red Devils kellhom jagħmlu diversi sfidi li tpoġġew quddiemhom mill-plejers preżenti tal-klabb: Paul Pogba, Brandon Williams u Lee Grant.

Robson u Irwin ħadu sehem fl-isport tal-baħar f’Kemmuna, u aktar tard ippruvaw jonfħu l-ħġieġ fl-Imdina. Fil-Mużew Marittimu ppruvaw it-talenti kulinari tagħhom, u saħansitra attendew fl-Akkwarju Nazzjonali.

Fi kliem Bryan Robson, “Malta hija sabiħa. Kull darba li niġi hawn nibqa’ miblugħ bl-ospitalità tan-nies, bl-ikel u x-xeneġġjatura mill-aqwa.” Għal Dennis Irwin, “huwa sabiħ li tkun taf li hemm storja u rabta bejn Malta u Manchester United li tmur lura għexieren ta’ snin, u li tista’ biss tissaħħaħ, u allura dan ifisser li dejjem għandna l-opportunità li nkunu fost il-ħbieb tagħna Maltin, ,li prattikament issa saru l-familja estiża tagħna.”

Wara l-isfidi diversi li kellhom, ir-rebbieħ bejniethom tħabbar mill-Ministru għat-Turiżmu u l-Protezzjoni tal-Konsumatur, l-Onorevoli Clayton Bartolo, waqt attività f’Għawdex.

L-Onorevoli Bartolo qal li kien t’unur għal VisitMalta li tospita lil Bryan u Denis, u sostna li s-sħubija bejn VisitMalta u Manchester United hija importanti ħafna.

Matul iż-żjara tagħhom f’pajjiżna huma kienu intervistati mill-ġurnalist sportiv Sandro Micallef.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA