Futbol lokali
“L-Esports se jħalli fl-ekonomija dinjija aktar minn €1,250M.” – Il-Ministru Silvio Schembri

Il-Malta BOV ePremier League se jkun opportunità ġdida fl-isfond tal-bidla teknoloġika li l-pajjiż qed jippromwovi.

Dan qalu l-President tal-MFA Bjorn Vassallo f’konferenza tal-aħbarijiet fejn fiha ġie spjegat kif dan l-isport f’pajjiżna se jkun qed isaħħaħ l-ekonomija diġitali.

Vassallo qal ukoll li hu ta’ pjaċir tiegħu li fid-dar tal-MFA mhux se jibdew jilqgħu biss il-futbol tradizzjonali iżda wkoll logħob kompetittiv tal-kompjuter.

Din il-kollaborazzjoni tal-ePremier League qed issir mal-Ministeru għall-Ekonomija u l-Industrija, bil-Ministru Silvio Schembri jgħid li kien jemmen mill-ewwel li dan l-isport se jikber malajr fil-pajjiż bħalma ġara f’ħafna pajjiżi oħra fl-Ewropa.

Il-Ministru Schembri qal li dan l-isport ħalla fl-ekonomija dinjija aktar minn elf, mitejn u 50 miljun ewro.

Il-Malta BOV ePremier League wasal fit-tieni edizzjoni tiegħu li f’dan il-kampjonat ħadu sehem fih mijiet ta’ parteċipanti.

Miktub minn...
TVM Sport