Ċikliżmu
L-ewwel ġurnata ta’ The Cyclist Tour ta’ Malta

L-edizzjoni 2019 ta’ The Cyclist Tour ta’ Malta ngħatat bidu dalgħodu bit-Time Trial individwali fuq rotta ta’ 12-il kilometru fil-bypass tal-Imtarfa.

Temp xemxi laqa’ lill-aktar minn mitt ċiklist li ħadu sehem fl-erba’ kategoriji: Elite, Nisa, Masters u Juniors.

Marie-Claire Aquilina ta’ Team Greens rebħet it-tellieqa tan-nisa b’vantaġġ ta’ 5 sekondi fuq Sian Bottomley ta’ Lovelo Squadra Donne. It-tielet daħlet Gabriela Nordin ta’ TWI Racing Team.

Il-kategorija Masters intrebħet minn Colin Sturgess ta’ Kuota CSG li daħal 18-il sekonda qabel iċ-ċiklist minn Ġibiltà Derek Barbara. Sturgess li huwa wkoll il-leader overall tat-Tour wara l-ewwel ġurnata għandu rekord impressjonanti: b’medalja tad-deheb fil-Kampjonati tad-Dinja fl-1989 u bronż fl-1991. Ha sehem anke fl-Olimpjadi tal-1988 u rebaħ il-British National Road Championships darbtejn. Fit-tielet post fil-Masters daħal Darryl Maffey ta’ CC London, waqt li l-ewwel Malti kien Etienne Bonello ta’ Team Greens, ftit sekondi wara fir-raba’ post.

Fil-kategorija Elite ir-rebbieħ kien Josh Copely ta’ Stuart Hall Cycling fi 18-il minuta u 32 sekonda: quddiem Antoine Magaud ta’ Islington Cycling Club, u Harry Horsman ukoll ta’ Stuart Hall Cycling.

Il-kategorija Junior, introdotta dis-sena, rat lil Luke Borg ta’ The Cyclist jidħol l-ewwel, Sean Enriquez ta’ Mosta AF Sign Studio Team it-tieni, u Gianluca Camilleri ta’ Birkirkara St Joseph it-tielet.

 

It-tieni tappa tat-Tour ta’ Malta għada filgħodu hija Road Race ta’ 18-il kilometru fuq il-bypass ta’ San Pawl il-Baħar.

Miktub minn...
Simon Farrugia
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-Isport lokali u internazzjonali. Jippreżenta l-aħbarijiet sportivi , jirraporta u kummentatur tal-logħbiet mill-Kampjonat Premier, UEFA Champions League u UEFA Europa League
Aħbarijiet Oħra
Ċikliżmu

Ċikliżmu fil-Giro D’Italia illum saret id-disa’ tappa li kienet individual time trial. L-aħjar ħin irreġistraħ Primoz Roglic li b’hekk rebaħ it-tieni tappa personali tal-Giro ta’ din is-sena li saret fuq…

Ċikliżmu

L-Ispanjol Ivan Garcia Cortina rebaħ il-ħames stadju tat-Tour ta’ California, filwaqt li l-Amerikan Tejay van Garderen baqa’ fil-quċċata tal-klassifika u żamm il-flokk l-isfar. Fuq distanza ta’ 219.5 kilometri li ħafna…

Ċikliżmu

Il-Ġermaniż Pascal Ackermann rebaħ il-ħames stadju tal-Giro d’Italia minn Frascati sa Terracina. Kien fl-isprint finali li Ackermann irnexxielu jmur fuq quddiem, imma l-jersey r-roża żammu ċ-ċiklist Sloven Primoz Roglic. Iċ-champion…

Ċikliżmu

Il-Franċiż Remi Cavagna rebaħ it-tielet stadju tat-Tour ta’ California, bl-Amerikan Tejay van Garderen iżomm postu fil-quċċata tal-klassifika. Cavagna, li jtellaq mat-tim Deceuninck-quick-Step spiċċa l-istadju f’5 sigħat, 44 minuti u 22…

Aktar