L-ewwel parteċipazzjoni barra l-pajjiż għar-rebbieħ tan-nofs maratona ta’ Malta Charlton Debono 

Atletika

Ir-rebbieħ tan-Nofs maratona ta’ Malta din is-sena l-Għawdxi Charlton Debono fi tmiem il-ġimgħa ħa sehem fil-Kampjonat Dinji tan-Nofs Maratona f’Cardiff Wales.

Din kienet l-ewwel esperjenza barra l-pajjiż għal Charlton Debono fejn għamel it-tellieqa fuq distanza ta’ wieħed u għoxrin kilometru f’ħin ta’ siegħa, tnax-il minuta u tliet sekondi.

Rizultat kollox ma’ kollox pożittiv għal Debono meta wieħed anke jqis il-kundizzjonijiet ħżiena tat-temp waqt it-tellieqa, b’kesħa, riħ u xita li kkaraterizaw dan l-avveniment ferm prestiġġjuż.

Fl-ewwel kummenti wara t-tellieqa Charlton Debono ammetta li seta mar aħjar madankollu kollox ma’ kollox kien sodistatt bl-ewwel avventura internazzjonali tiegħu, u li skont hu, minnha tgħallem ħafna.

Huwa kellu kliem ta’ ringrazzjament għal kowċ tiegħu Mario Bonello, u għal President tal-MAAA Edwin Attard li kien strumentali f’din l-esperjenza barra l-pajjiż għal Charlton Debono.

Miktub minn...
Rodney Vassallo
Aħbarijiet Oħra
Pool

Malta se tieħu sehem fil-kampjonati mondjali tal-Pool li se jsiru fi Blackpool, fl-Ingilterra, bejn id-19 u d-29 ta’ Gunju. Il-Malta Pool Association se tibgħat erba’ timijiet f’dawn il-kampjonati fil-kateogirji tal-irgiel,…

Ċikliżmu

Aktar minn 4,000 ċiklist minn 41 pajjiż differenti ħadu sehem f’tellieqa iebsa ta’ 86 kilometru fuq l-Alpi Taljani s-Sibt li għadda. Din kienet l-għaxar edizzjoni tal-BMW Hero li telqet minn…

Sport Lokali

L-atleta żagħżugħa Maltija Ella Borg se tkun qed tikkompeti fil- Junior World Artistic Gymnastics Championships 2019 fi Györ, l-Ungerija, bejn is-27 u t-30 ta’ Ġunju. Il-kompetizzjoni hija meqjusa prestiġjuża minħabba…

Aktar