Tazza tad-Dinja 2018
L-Ewwel programm Tazza tad-Dinja Russja 2018 fuq TVM2 it-Tnejn fis-7.30pm

It-Tħejjijiet għall-ewwel program ta’ għada jinsabu fl-aqwa tagħhom hekk kif f’dawn il-ħinijiet qed isiru l-aħħar irtokki fuq is-set li ġie ddiżinjat u maħdum apposta għal matul dan ix-xahar tat-Tazza tad-Dinja tal-FIFA Russja 2018.

L-Istennija għall-maratona ta’ programmi b’sigħat twal kuljum tintemm għada fis-7.30pm meta fuq TVM2 b’xandira diretta jibda l-ewwel programm ta’ siegħa u nofs minn sensiela ta’ tliet programmi li se jwassluna sa nhar il-Ħamis 14 ta’ Ġunju meta tibda l-kompetizzjoni u jiżdeidu l-ħinijiet tal-programmazzjoni ta’ TVM Sport b’dan il-programm speċjali.

Filfatt il-programm Tazza tad-Dinja Russja 2018 se jibda jixxandar fuq TVM2 f’kull Match Day u jibda siegħa qabel il-kick off tal-ewwel logħba, b’analiżi qabel u wara kull logħba sal-11pm kuljum.

Il-Programm Tazza tad-Dinja Russja 2018 se jkun ippreżentat minn Mark Attard bil-parteċipazzjoni ta’ Taryn Mamo Cefai, Sandro Micallef u l-kummentaturi tekniċi ta’ TVM Sport Stephen Azzopardi u Steve D’Amato. Il-programm għandu produzzjoni ta’ Peter Cossai. Tazza tad-Dinja Russja 2018 l-ewwel programm għada t-Tnejn fis-7.30pm fuq TVM2.

Miktub minn...
Sandro Micallef
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-Isport lokali u internazzjonali. Jippreżenta l-programm Sports Panorama.
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali, Tazza tad-Dinja 2018

Tazza tad-Dinja Russja 2018 Grupp A Russja ….. 3 Eġittu ….. 1 F’Saint Petersburg Stadium jibda t-Tieni Round ta’ logħob, l-attenzjoni lura fuq Grupp A hekk kif ir-Russja sar l-ewwel…

Futbol internazzjonali, Tazza tad-Dinja 2018

Tazza tad-Dinja Russja 2018 Grupp Ħ Polonja ….. 1 Senegal …… 2 Bidu qawwi għas-Senegal li għelbu lil Polonja bl-iskor ta’ 2-1. Fil-formazzjoni tas-Senegal id-difensur ta’ Napoli Kalidou Koulibaly u…

Futbol internazzjonali, Tazza tad-Dinja 2018

GRUPP Ħ Kolumbja … 1 Ġappun …. 2 Il-Ġappun ħasdu lil Kolumbja meta għelbuhom bl-iskor ta’ 2-1 fil-ftuħ ta’ Grupp Ħ. Vantaġġ kmieni għal Ġappun, hands fil-kaxxa ta’ Carlos Sanchez…

Aktar