Futbol lokali
L-ewwel rebħa tal-istaġun għal Żejtun Corinthians

KAMPJONAT BOV PREMIER 2020/21

Birkirkara FC……………..2

Żejtun Corinthians FC….3

Erba’ gowls fl-ewwel taqsima u ieħor fit-tieni taqsima kkaratterizzaw l-partita bejn Birkirkara u Żejtun fic-Centenary Stadium- żewġ timijiet fil-qiegħ tal-klassifika li ssieltu għal tlett punti mportanti madankollu kienu Żejtun li baqgħu jikkontrollaw tajjeb sa l-aħħar u rebħu l-ewwel waħda tal-staġun bl-iskor ta’ 3-2.

Wara 7 minuti logħob rajna xutt sabiħ mid-distanza ta’ Yankam li ħareġ isalva Cassar biex f’tentattiv ieħor ta’ Yannick fl-10 minuta fil-baxx ċentrali reġa salva l-goalkeeper ta’ Żejtun.

Żejtun fetħu l-iskor fit-18 –il minuta minn pass ta’ Ricardo Silva Faria li kkontrolla tajjeb Fernando Gomez b’xutt tajjeb li ġie mxellef għal ġox-xibka. Risposta f’waqta u draw żewġ minuti wara minn Birkirkara xutt b’saħħtu ta’ Da Paixao Alves li ma falliex. Botta u risposta tibqa miż-żewg timijiet meta Żejtun reġgħu kienu preċiżi fit-22 minuta– rajna cross lejn in-nofs u kien il-Brażiljan Ricardinho li għola tajjeb fuq kulħadd u b’daqqa ta’ ras tefa’ wara Guarnone goalkeeper ta’ Birkirkara għal 2-1.

Fit-30 minuta tackle mid-difiża ta’ Żejtun fuq il-player Da Paixio Alves bir-referee Philip Farrugia jordna penalty biex mill-ħdax –il metru nkariga minnu Yannick Yankam li falla opportunita mportanti għal Birkirkara

Fil-45 minuta kien Da Paixao Alves li ġab id-draw għal Birkirkara biex b’hekk iż-żewġ timijiet daħlu jistrieħu fi draw ta’ 2-2.

Fid-49 minuta cross ta’ Neil Tabone lejn Ricardo Silva Faria xutt sfurtunat li ħabat mal-lasta u spiċċa f’idejn il-goalkeeper ta Birkirkara.

Kien Falcone għal Birkirkara fis-56 minuta li pprova tentattiv – xutt li ġie salvat minn Cassar u minuta biss wara kien Da Paixaio mill-angolu li reġa prova xutt bl-istess Cassar attent u reġa salva.

Fil-85 minuta Żejtun  issiġillaw r-rebħa minn azzjoni maħduma perfetta minn nofs il-grawnd pass ta’ Edward Herrera lejn Fernando Gomez li kkontrolla l-ballun tajjeb b’xutt sabiħ li tefa’ wara Guarnone.

Riżultat finali: B’kara  2 Zejtun C. 3

BOV Player tal-Logħba: Alex Da Paixao Alves – Plejer ta’ Birkirkara

Referee: Philip Farrugia

Formazzjonijiet:

Birkirkara– Guarnone Alessandro (GK), Enrico Pepe (Reginald Mbu – 25mins), Paul Mbong (Prado Caio 68minuta), Roderick Briffa, Kurt Zammit, Yannick Yankam, Federico Falcone, Cain Attard, Claudio Bonanni, Matias Carniello (Luke Montebello 75minuta), Alex De Paixao Alves

Żejtun C. – Christian Cassar, Diego Albanese, Lucas Gama, Dylan Aguis (Edward Herrera 64minuta), David Reid (Gianluca Bugeja 86minuta), Marcelo Pereira, Christian Grech, Fernando Gomes, Ricardo Silva Faria, Neil Tabone, Anderson De Barros

 

 

Miktub minn...
Simon Farrugia
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-Isport lokali u internazzjonali. Jippreżenta l-aħbarijiet sportivi , jirraporta u kummentatur tal-logħbiet mill-Kampjonat Premier, UEFA Champions League u UEFA Europa League