Futbol lokali
L-Ewwel rebħiet għal San Ġwann u Mqabba fil-Convenience Shop Pre Season Tournament

Fi tmiem il-ġimgħa rebħiet simili ta’ 1-0 għal San Ġwann u Mqabba rispettivament fl-edizzjoni ta’ din is-sena tal-Convenience Shop Pre Season Tournament.
Fit-tielet ġurnata ta’ dan it-Tournament li qed jikkompetu fiħ ħames teams mill-ewwel diviżjoni Mqabba rebħu kontra Żejtun Corinthians bl-iskor ta’ 1-0. Għall-Mqabba l-iskorer kien Marl Manzi b’goal fit-43minuta. Din kienet l-ewwel rebħa għall-Imqabba wara li fl-ewwel logħba ta’ dan it-Tournament huma kienu tilfu 2-1 kontra Żebbuġ.

L-aħħar żewġ logħbiet ta’ Mqabba f’dan it-Tournament issa jkunu nhar is-Sibt kontra San Ġwann u s-Sibt ta’ wara kontra Lija Athletic.U fit-tieni logħba ta’ tmiem il-ġimgħa San Ġwann l-organizzaturi tat-tournament rebħu 1-0 kontra Żebbuġ Rangers. Hawn l-iskorer għal San Ġwann kien Godwin Blessing Henshaw b’goal fl-20minuta. Din ukoll kienet l-ewwel rebħa għal San Ġwann f’dan it-tournament wara li fl-ewwel żewġ logħbiet huma tilfu 3-1 kontra Żejtun u 6-1 kontra Lija A.

San Ġwann issa jilagħbu l-aħħar żewġ logħbiet tagħhom f’dan it-Tournament kontra Mqabba nhar is-Sibt u kontra Żejtun is-Sibt ta’ wara.

Il-Kampjonat tal-ewwel diviżjoni jibda fl-14 ta’ Settembru. Il-logħob kollu tal-Convenience Shop Pre Season tournament qed isir fiċ-Charles Abela Stadium il-Mosta.

Miktub minn...
Sandro Micallef
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-Isport lokali u internazzjonali. Jippreżenta l-programm Sports Panorama.
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

Football lokali: Il-Kampjonat BOV Premier ikompli bil-raba’ ġurnata b’dan il-programm: Il-Ġimgħa Stadium Nazzjonali 19:00 Valletta – Qormi Victor Tedesco Stadium 18:00 Pieta’ Hotspurs – Senglea Athletic 20:15 Balzan – Mosta…

Futbol lokali

Il-klabb tal-Kampjonat BOV Premier Senglea Athletic ħabbar li żewġ plejers mill-Arġentina li kienu diġà mal-klabb is-sena l-oħra repgħu ngħaqdu mal-klabb mill-Kottonera. Iż-żewġ plejers huma Matias Garcia u Augusto Casetes.

Futbol lokali

Hibernians għelbu lil Birkirkara fil-finali tas-Super Cup li ntlagħbet ilbieraħ filgħaxija fis-Centenary Stadium bi skor ta’ 3-0. Dan kien l-ewwel unur għal Hibernians wara nuqqas ta’ żewġ staġuni u r-rebħ…

Futbol lokali

Michele Paolucci ta’ Tarxien rebaħ l-ewwel unur tal-istaġun 2018/19 tal-Pejer tax-Xahar ta’ Awwissu. Wara li ngħaqad mar-Rainbows minn ma’ Floriana matul is-suq tat-trasferimenti tas-sajf, il-plejer Taljan ta’ 32 sena li…

Aktar