L-ewwel sessjoni ta’ taħriġ għal Mazzetti ma’ Birkirkara … Mendoza jingħaqad b’self ma’ Qormi

Trasferimenti

Ċertament l-aħbar mhix ġdida ilna nisimgħu dwarha diversi ġimgħat f’diversi sezzjonijiet tal-medja, madankollu issa hija uffiċjali.

Mauricio Matias Mazzetti Latini huwa plejer ta’ Birkirkara, u Alejandro Mendoza jingħaqad b’self ma’ Qormi.

Iż-żewġ klabbs ilhom diversi jiem jiddiskutu dan il-bdil li issa huwa kkonfermat.

Kif qed juri r-ritratt, Mazzetti llejla niżel għat-taħriġ għall-ewwel darba ma’ Birkirkara taħt il-gwida tal-kowċ Paul Zammit, liema sessjoni saret bħas-soltu fil-grawnd tal-Imġarr.

Min-naħa tiegħu Mendoza li weħel partita sospensjoni wara t-tkeċċija tiegħu s-Sibt fl-aħħar dehra tiegħu bil-flokk ta’ Birkirkara, jrid jistenna sal-Ħamis biex jiltaqa għall-ewwel darba mal-kowċ Josef Mansueto u sħabu l-ġodda.

L-Erbgħa fil-għaxija Qormi ma’ trenjawx l-għada tat-telfa bl-iskor ta’ 2-1 kontra Tarxien Rainbows.

Miktub minn...
Rodney Vassallo
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

Ħamrun Spartans ippreżentaw l-aħħar akkwist tagħhom hekk kif kisbu lill-midfielder Messikan ta’ tlieta u għoxrin sena Misael Miranda. Il-preżentazzjoni saret mill-President ta’ Ħamrun Spartans Nunzio Antignano, l-plejer iffirma b’self sal-aħħar…

Futbol lokali

Il-winger internazzjonali Malti ta’ taħt il-wieħed u għoxrin sena Myles Beerman issa uffiċjalment player ta’ Gżira United. Huwa ġie ppreżentat mill-President Sharlon Pace u l-kowċ Darren Abdilla. Beerman ingħaqad mal-Maroons…

Futbol lokali

Isaac Ntow, id-difesnur laterali ta’ Hibernians FC, ġie sospiż erba’ partiti. Din l-informazzjoni ingħatat mill-Malta Football Association li bagħtet l-informazzjoni kollha tal-plejers u l-uffiċjali li ġew sospiżi fil-partiti ta’ tmiem…

Aktar