Futbol internazzjonali
L-ex President tal-Assoċjazzjoni tal-futbol Theo Zwanziger iressaq ilment kriminali fil-Qorti kontra l-Prosekuturi Żvizzeri

L-ex President tal-Assoċjazzjoni tal-futbol fil-Ġermanja Theo Zwanziger qal li kien ressaq ilment kriminali fil-Qorti kontra il-Prosekuturi Żvizzeri li fetħu akkużi kontrieh u kontra żewġ uffiċjli oħra ġimgħa ilu, relatati ma’ korruzzjoni u tixħim fil-futbol.

Zwanziger, Avukat bi professjoni, qal li ż-żewġ investigaturi kontrieh kellhom interpretazzjonijiet foloz tal-evidenza kontra tiegħu.

FIs-6 ta’ Awwissu li għadda, Prosekuturi Żvizzeri qalu li kienu fetħu akkużi kontra l-ex President tal-Assoċjazzjoni tal-futbol fil-Ġermanja wara suspetti li rċieva pagament ta’ kważi seba miljuni u nofs euro relatat mar-rebħ tat-Tazza tad-Dinja fil-Ġermanja fl-2006.

Il-persuni involuti kollha ċaħdu li rċivew pagamenti.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

Stennija kbira għat-tkomplija ta’ La Liga fi Spanja meta fil-11 ta’ dan ix-xahar mistenni jitkompla l-logħob ta’ dan l-istaġun. Barcelona ser ikomplu bid-difiża għat-titlu barra minn darhom kontra Real Mallorca…

Futbol internazzjonali

Gianfranco Zola, l-ex assistant kowċ ta’ Chelsea, qal li ħafna mill-plejers kienu ddejqu jaħdmu mal-kowċ Maurizio Sarri. F’intervista kontroversjali li ta lil Bein Sports, Zola qal li kien hemm plejers…

Futbol internazzjonali

Tħabbret il-mewt ta’ Beppe Barletti, ex kontributur tal-programm 90 Minuto fuq ir-RAI. Barletti kien mir-reġjun ta’ Piemonte u kien il-korrispondenti ta’ Juventus u Torino fiż-żmien li 90 Minuto kien jippreżentah…

Futbol internazzjonali

Il-UEFA qed tistenna d-dati tal-fixtures il-ġodda tal-Premier League Ingliż u tas-Serie A sabiex tkun tista’ tiffinalizza d-dati tal-kontinwazzjoni tal-kompetizzjonijiet ta’ dan l-istaġun. Il-Premier League Ingliż kien l-aħħar kampjonat li ħabbar…

Aktar