International Sports
L-ex sewwieq tal-Formula 1 Alex Zanardi f’kundizzjoni kritika wara inċident gravi bil-handbike

L-ex sewwieq tal-Formula 1 Alex Zanardi jinsab f’kundizzjoni kritika wara li lbieraħ filgħaxija kien involut f’inċident bil-handbike.

Zanardi ġie operat urġenti f’rasu wara inċident ikrah fit-toroq ta’ Pienza ma’ trakk kbir tal-merkanzija.

Zanardi ta’ 53 sena, ittieħed bil-ħelikopter b’urġenza fl-isptar Le Scotte ta’ Siena fejn ġie operat minnufih. L-operazzjoni damet sejra tliet sigħat.

Il-kundizzjoni tiegħu għadha s’issa meqjusa bħala gravi ħafna.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Ibburdjar

Żewġ timijiet li ser ikunu qed jisfidaw lil xulxin fl-America’s Cup kmieni s-sena d-dieħla ngħataw il-permess li jidħlu fi New Zealand biex jibdew il-preparamenti tagħhom. It-timijiet ta’ American Magic u…

MMA - UFC

Il-Fighter Irlandiż Conor McGregor reġa’ qal permezz ta’ Twitter li se jkun qed jirtira. Din hi t-tielet darba li l-fighter rebbieħ ta’ żewġ titli tal-UFC qal li se jkun qed…

MMA - UFC

Il-Fighter Brażiljana li tgħix u tittrenja fi Florida l-Istati Uniti Amanda Nunes rebħet il-ġlieda tant mistennija kontra Felicia Spencer bil-punti f’bout li fiha l-Brażiljana ddominat ħafna mir-rounds. Il-Kanadiża Spencer kienet…

International Sports

Minn għada t-Tnejn jitkompla l-isport ‘indoor’ fl-Ingilterra. Dan ħabbru l-Gvern Ingliż stess. It-tielet fażi tar-rilaxxamant tal-miżuri fil-pajjiż jagħti d-dritt lill-isport ‘indoor’ biex jerġa’ jibda mill-1 ta’ Ġunju. Se tkun responsabbiltà…

Aktar