Futbol lokali
Il-viżjoni ġdida għall-Football Malti diskussa fl-Eżekuttiv tal-MaltaFA

L-MFA se tniedi proċess ta’ konsultazzjoni biex tiddiskuti proposti dwar il-kompetizzjonijiet taż-żgħażagħ, l-introduzzjoni ta’ klabb professjonali fil-Lega Pro Taljana u temi oħra b’rabta mal-istatus u r-reġistrazzjoni ta’ players.

Dan wara xhur ta’ diskussjoni f’numru ta’ kumitati qabel ma d-dettalji ġew mogħtija fil-laqgħa tal-eżekuttiv tal-Ħamis fis-sala tal-konferenzi rinnovata state-of-the-art fl-istadium taċ-Ċentinarju, Ta’ Qali.

L-għan tal-proposti huwa li jitjieb l-aspett kompettitiv tal-kampjonati tal-Youths bil-għan li ż-żgħażagħ tagħna jiġu inkoraġġiti u mbutatti fl-iżvilupp tagħhom waqt li jiżdiedu l-opportunitajiet għal players homegrown.

Il-proposti jiddentifikaw linji gwida ċari fuq il-mekkanizmu ta’ solidarjetà u kumpens fi trasferimenti ta’ players, fond għall-iżvilupp u serje ta’ inizjattivi oħra biex jiġu protetti l-interessi tal-klabbs.

Il-President tal-MaltaFA Bjorn Vassallo qal li bħalissa għaddejjin serje ta’ laqgħat bil-għan li jkun hemm taqliba u nersqu aktar viċin realtajiet oħra tal-football li fl-aħħar snin għamlu passi ‘l quddiem u qed ikomplu jistanaw fil-livell professjonali.

“Din mhiex bidla radikali fis-sistema tal-football f’Malta jew l-MFA iżda trid tolqot fil-pozittiv il-moviment sportiv kollu f’dan il-pajjiż”, tenna Vassallo.

Fl-Eżekuttiv tal-Ħamis, il-kowċ Nazzjonali ġdid Devis Mangia spjega l-vizjoni u l-pjanijiet tiegħu waqt li appella biex kulħadd jiġbed ħabel wieħed mhux biss fil-progress tat-Team Nazzjonali izda biex fuq kollox jibbenefika l-football Malti b’mod ħolistiku parti mill-vizjoni 2027.

Mangia se jkun assistit minn numru ta’ kowċis professjonali, b’Davide Mazzotta frisk minn esperjenza riċenti fl-istaff tekniku ta’ Chelsea m’Antonio Conte u l-ex player tas-Serie A u t-Team Nazzjonali Urugwajan Guillermo Giacomazzi, bħala assistant kowċis tiegħu mat-Team Nazzjonali.

Alessandro Zinnari ngħata rwol ta’ kordinatur fuq it-teamijiet Nazzjonali kollha, waqt li fiż-żmien li ġej l-MFA mistennija taħtar kowċ Malti fit-tmexxija tal-Football Development li jkun qed janalizza l-implimentazzjoni tal-pjan il-ġdid f’dan il-pathway strateġiku b’awgurju pożittiv mhux biss għal riżultati aħjar, iżda fil-qabża ta’ kwalità meħtieġa għaż-żmien li ġej f’kull aspett tal-Football Malti.

L-ex player ta’ Valletta u Birkirkara Keith Fenech intant ġie maħtur Team Manager ġdid tat-Team Nazzjonali, l-ex player internazzjonali David Camilleri bi rwol ġdid bħala Team Manager tat-Team Nazzjonali ta’ taħt il-21 sena.

Miktub minn...
Rodney Vassallo
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

Il-Ġimgħa ttelgħu l-poloz tal-fażi tal-aħħar sittax tal-UEFA Europa League. Il-Poloz irriżultaw hekk: İstanbul Başakşehir (TUR) – Copenhagen (DEN) Olympiacos (GRE) – Wolves (ENG) Rangers (SCO) – Leverkusen (GER) Wolfsburg (GER)…

Futbol lokali

Fi tmiem il-ġimgħa jintlagħbu l-erba’ kwarti tal-finali tal-kompetizzjoni tal-FA Trophy ta’ dan l-istaġun 2019/20. F’Konferenza stampa organizzata mill-MFA tkellmu l-kowċis u l-uffiċjali tat-tmien teams li se jkunu nvoluti fl-erba’ logħbiet…

Futbol lokali

L-Avukat Angelo Chetcuti huwa d-delegat tal-UEFA tal-ewwel leg tal-kwarti tal-finali tal-partita tal-lejla fi Franza bejn Lyon u Juventus. Chetcuti hu s-Segretarju Ġenerali tal-Malta Football Association u ilu fil-kariga mill-2016 b’deċiżjoni…

Futbol lokali

Ħdax -il player mill-Kampjonat BOV Premier ġew sospiżi logħba mill-kummissarju tad-dixxiplina tal-MFA wara l-logħbiet ta’ tmiem il-ġimgħa. Il-players li ġew sospiżi logħba huma dawn: Nenad Sljivic (Balzan) Matthew Guillaumier (Birkirkara) Enrico…

Aktar