Futbol lokali
L-Eżekuttiv tal-MFA jittermina l-Kampjonati kollha mill-Ewwel Diviżjoni ‘l isfel

Ftit tal-minuti ilu, l-Eżekuttiv tal-Malta Football Association, iddeċieda li jittermina l-kampjonati kollha li jaqgħu taħt il-kappa tal-Assoċjazzjoni mill-Ewwel Diviżjoni ‘l isfel.

Il-Kampjonat BOV tal-Ewwel Diviżjoni, tat-Tieni Diviżjoni, tat-Tielet Diviżjoni, il-futbol f’Għawdex, il-kampjonat tan-nisa u l-futsal kollha ġew terminati.

Fl-istess Eżekuttiv ma ttieħdet l-ebda deċiżjoni dwar jekk hux se jkun hemm promossi jew relegati, skont il-klassifiċi kollha preżenti.

Fl-istess laqgħa tal-Eżekuttiv li ntemmet ftit tal-minuti ilu, ma ttieħdet l-ebda deċiżjoni fuq il-Kampjonat BOV Premier.

Sorsi ta’ TVMSport mill-Eżekuttiv tal-MFA qalu li l-laqgħa kienet waħda kwieta l-aktar meta d-diskursata kienet dwar il-Kampjonat BOV Premier, b’dawk kollha madwar il-mejda, inkluż il-membri tal-amministrazzjoni tal-MFA, li qagħdu lura ħafna milli jesprimu opinjoni dwar x’għandu jsir mill-ogħla kampjonat f’pajjiżna.

L-Eżekuttiv prefera li jistenna ftit tal-jiem oħra sakemm ikollhom sitwazzjoni ċara dwar id-deċiżjonijiet li se jittieħdu mill-Gvern u l-awtoritajiet tas-saħħa fuq l-isport lokali, inkluż il-futbol.

 

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra

Il-Kummissarju tad-Dixxiplina tal-MFA illum ħareġ is-sospensjonijiet wara l-ewwel logħbiet tal-Kampjonat BOV Premier 2020/21. Fost il-lista ta’ tliet plejers li ġew sospiżi hemm il-plejer ta’ Lija Athletic Carl Joseph Cassar li…

MALTA ………….0 DANIMARKA….8 EURO 2021 TAN-NISA Telfa kbira ta’ 8-0 għal Malta kontra d-Danimarka illejla fis-Centenary Stadium. It-telfa hija s-sitt waħda għat-tfajliet Maltin minn tmien logħbiet s’issa fi Grupp B:…

KAMPJONAT BOV PREMIER 2020/21 Valletta ………….4 Birkirkara……….2 Valletta fetħu l-impenji tagħhom staġjonali b’rebħa diffiċli ta’ 3-2 kontra Birkirkara. Kienet partita klassika bejn żewġ timijiet li mistennija jkunu fost il-protagonisti ewlenin…

KAMPJONAT BOV PREMIER 2020/21 Ħamrun Spartans….5 Sirens………………….1 It-Taljani jgħidu, ‘Buona La Prima’. Hu hekk kien għal Hamrun Spartans. Il-Ħamruniżi jistgħu jgħidu li kellhom bidu brillanti tal-Kampjonat BOV Premier 2020/21 meta…

Aktar