L-Għan ta’ Sliema Wds hu li jerġgħu jikkwalifikaw fl-Ewropa

RAPPORT SANDRO MICALLEF

Mingħajr kwalifikazzjoni fl-Ewropa u xejn inqas minn tletin punt taħt min spiċċa l-ewwel fil-klassifika finali tal-Premier. Dak hu r-riassunt sempliċi tal-istaġun li għadda ta’ Sliema Wds li għall-istaġun li ġej se jerġgħu jkunu mexxija mill-kowċ Stephen Azzopardi. Sempliċi kif kien it-team l-istaġun li għadda, motivazzjoni kważi xejn u grinta ineżistenti. Dawn kienu forsi l-fatturi prinċipali għaliex il-kumitat tal-Blues immexxi minn Keith Perry għażel li jkun agressiv fis-suq tat-trasferimenti b’akkwisti bħal ta’ Luke Dimech, Raffael Ledesma u l-aħħar akkwsit Gary Muir.

Sliema hu l-iktar team tal-Premier li lagħab partiti ta’ ħbiberija f’dan il-pre season.

In-Nukleu tal-players Maltin se jdur fuq l-esperjenza ta’ Michael Michael Mifsud, Clifford Gatt Baldacchino, Alex Muscat, John Mintoff, Mark Scerri u l-aħħar akkwist Dimech.

Mill-barranin tal-istaġun li għadda nżammu biss Calcado, Bianchardi u Potezica.

Xorta se jkun staġun ieħor bla pressjoni partikolari dak ta’ Sliema hekk kif anke l-kowċ Stephen Azzopardi u tal-fehma li Sliema għad jonqoshom dik ix-ħaġa iktar sabiex jiċċelinġjaw għall-kampjonat.

Il-goalkeeper Glenn Zammit se jkullu jiġġieled għal postu dan l-istaġun hekk kif ġie promoss mat-team tal-kbar Timmy Aquilina promessa fil-futbol lokali u se jkun reġistrat goalkeeper żgħażugħ albaniż b’passaport taljan ex giovanili ta’ Juventus.

Intant l-eks player Andrea Pisanu ġie ngaġġat mal-Club bħala Team Manager.

Miktub minn...
TVM Sport
.