Futbol lokali
‘L-Għan tagħna hu li nistabilixxu ruħna fil-Premier’ – Joe Gauci President Żejtun Corinthians

Il-President ta’ Żejtun Corinthians Joe Gauci tkellem għall-ewwel darba ma’ TVM Sport min mindu l-Club tiegħu ġie uffiċjalment dikjarat Champion tal-ewwel diviżjoni għall-istaġun 2019/20 u b’hekk kien promoss ukoll għall-kampjonat Premier.

Żejtun Corinthians kellhom żewġ punti iktar minn Lija Athletic fil-klassifika qabel ma waqaf il-kampjonat.

Joe Gauci li fil-passat kien ukoll President tal-Club tal-Marsa qal f’din l-intervista li xxandret waqt il-programm speċjali TVM Sport tal-Ħadd filgħaxija fuq TVM2, li dan l-istaġun Żejtun kienu l-aħjar team fl-ewwel diviżjoni u l-promozzjoni kienet meritata.

Hu qal li b’sittax -il team fl-istaġun li ġej il-Premier se jkun kampjonat diffiċli iżda jekk wieħed ikollu seba’ barranin tajbin jista’ jinkiseb ir-riżultat mixtieq. Dwar l-għan tal-Club Gauci qal li se jippruvaw jistabillixu t-team fil-Premier u ma jkunux telgħu fl-ogħla diviżjoni għal staġun wieħed biss.

 

Miktub minn...
TVM Sport
.
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

Waslet il-ġurnata li tant ilhom jistennew il-Furjaniżi hekk kif is-Sibt filgħaxija fil-Floriana saru ċ-ċelebrazzjonijiet uffiċjali tar-rebħ tal-kampjonat għall-istaġun 2019/20 wara l-preżentazzjoni uffiċjali tat-Tazza tal-Kampjonat BOV Premier tal-istagun 2019/20. Għal ħabta…

Futbol lokali

It-team tan-Nisa ta’ Birkirkara l-bieraħ kienu ppreżentati bit-trofew ta’ Champions tal-Kampjonat BOV tan-Nisa tal-istaġun 2019/20. Preżenti l-players ta’ Birkirkara FC, l-istaff tekniku u membri tal-kumitat. Il-preżentazzjoni saret mill-Viċi President tal-MFA…

Futbol lokali

Il-Player Clyde Borg mhux se jibqa’ jilgħab ma’ Floriana. TVM Sport jifhem li l-player jinsab f’kuntatti ma’ diversi Clubs sabiex jakkwistaw il-firma tiegħu. Borg magħruf bħala l-‘Pajpaj’ lagħab sittax -il…

Futbol lokali

Mosta FC ħabbru li laħqu ftehim ma’ Birkirkara sabiex il-player tagħhom il-midfielder Johann Bezzina jingħaqad mal-Blues għal staġun b’self. Fil-passat il-player lagħab ma’ Hiberians u anke ma’ Sliema Wds apparti…

Aktar