Oħrajn
L-Għaqda Ġurnalisti Sports tiffirma ftehim ta’ koperazzjoni ma’ Special Olympics

L-Għaqda Ġurnalisti Sports u l-fergħa ta’ Special Olympics Malta iffirmaw ftehim li bih iż-żewġ naħat ftehmu fuq diversi aspetti ta’ koperazzjoni għas-snin li ġejjin.

Il-Memorandum of Understanding kien iffirmat minn Sandro Micallef, President tal-Għaqda Ġurnalisti Sports u Anna Calleja, Direttur ta’ Special Olympics Malta fl-uffiċċji tal-Għaqda Ġurnalisti Sports fil-Kumpless Sportiv tal-Qroqq.

Il-Ftehim jagħti garanzija ta’ koperazzjoni massima li l-Għaqda Ġurnalisti Sports se tkun qed tagħti permezz ta’ rappurtaġġ lill-kompetizzjonijiet kollha ta’ Special Olympics Malta kemm fuq livell nazzjonali kif ukoll fuq livell internazzjonali.

Special Olympics Malta minn naħa tagħha qed tintrabat li f’każ li dawn ikollhom pjan sabiex jistiednu ġurnalisti, fotografi jew camera persons sabiex jirraportaw avventimenti u kompetizzjonijiet internazzjonali barra minn Malta, dawn ikunu membri tal-Għaqda Ġurnalisti Sports.

Malta saret it-tieni pajjiż li ffirma dan il-ftehim ma’ Special Olympics bl-ewwel MOU jkun iffirmat mal-Assoċjazzjoni tal-Ġurnalisti tal-Isport tas-Serbja. Matul l-ewwel erba’ xhur tas-sena 2018 mistennija jkunu ffirmati diversi ftehimiet ta’ koperazzjoni oħra ma’ diversi Assoċjazzjonijiet ta’ Ġurnalisti tal-Isport madwar l-Ewropa. Il-ftehim mal-fergħa internazzjonali AIPS Europe mistenni wkoll jkun iffirmat matul is-sena 2018.

Preżenti għal dan il-ftehim jirrapreżentaw lill-Special Olympics kien hawn Malta Fiona Hynes Head of Communications u Maureen Clarke Athlete Leadership Manager  ta’ Special Olympics Europe Eurasia rispettivament.

Miktub minn...
Mark Attard
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-Isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirraporta l-football lokali u internazzjonali. Jippreżenta l-programmi UEFA Europa League Highlights u UEFA Champions League Highlights.
Aħbarijiet Oħra
Sports Internazzjonali

Il-Kumitat Olimpiku Malti ħabbar il-kontinġent li se jirrappreżenta lil Malta fil-Logħob tal-Mediterran li ser jsiru ġewwa Tarragona, Spanja bejn it-22 ta ‘ Ġunju u l-1 ta’ Lulju. Il-Logħob se jaraw…

Oħrajn

Fl-1, fit-2, u fit-3 ta’ Ġunju l-Malta Drug-Free Powerlifting Association se tkun qiegħda torganizza l-World Single Lift Championships fi ħdan il-World Drug-Free Powerlifting Federation. Din il-kompetizzjoni hija maqsuma fuq tlett…

Oħrajn

Il-Kumitat Olimpiku Malti ħabbar li l-20 edizzjoni tal-Logħob tal-Pajjizi ż-Żgħar ta’ l-Ewropa ser jkunu ospitati f’Malta. Il-Kumitat Olimpiku Malti kiseb il-konferma uffiċjali illum, is-Sibt 26 ta’ Mejju waqt l-Assemblea Ġenerali…

Aktar