Local Sports
L-Għaqda Ġurnalisti Sports u l-kumpanija Together Gaming Solutions jerġgħu jintroduċu l-Fairplay Award

L-Għaqda Ġurnalisti Sports flimkien mal-kumpanija Together Gaming Solutions se jerġgħu jintroduċu l-Fairplay Award.

Il-kunċett tal-Fairplay Award f’Malta jmur lura għas-snin tmenin, meta l-mibki Louis Portelli kien introduċa dan il-premju mmirat għall-atleti individwali jew timijiet li jiddistingwu ruħhom f’ġesti ta’ Fairplay waqt kompetizzjonijiet uffiċjali u anki mhux uffiċjali.

Waqt konferenza tal-aħbarijiet li fiha ġiet imnedija din l-inizzjattiva, s-Segretarju Ġenerali tal-Għaqda Ġurnalisti Sports Lorraine Cunningham irringrazzjat lil Together Gaming Solutions li aċċettaw li jkunu parti minn din l-inizjattiva.

Andrea Critien, f’isem Together Gaming Solutions, qalet li din il-kumpaniija internazzjonali tinsab onorata li qed tingħaqad mal-Għaqda Ġurnalisti Sports u tħares ‘il quddiem biex tkompli taħdem mal-media tal-isports lokali.

Miktub minn...
TVM Sport