International Sports
L-Għawwiem Ċiniż Sun Yang sospiż 8 snin

It-Tribunal tal-Arbitraġġ Sportiv il-CAS ikkonferma d-deċiżjoni tal-WADA l-World Anti Doping Agency li impona sospensjoni ta’ tmien snin lill-għawwiem Ċiniż Sun Yang. Dan wara li hu kien irrifjuta li jagħmel dak li jisejjaħ out-of-competition test.

Il-WADA kienet oriġinalment appellat kontra deċiżjoni tal-FINA li kienet eżentat lill-għawwiem minn xi nuqqasijiet wara li kien irrifjuta t-test li ntalab jagħmel f’Settembru tas-sena 2018. L-Għawwiem li llum għandu 28 sena kien rebaħ żewġ midalji tad-deheb fl-Olimpijadi ta’ Londra fl-2012 u midalja oħra tad-deheb f’Rio de Janeiro erba’ snin ilu.

 

 

Miktub minn...
TVM Sport
.
Aħbarijiet Oħra
International Sports

L-Eks Champion Olimpiku tal-100m sprint l-Amerikan Justin Gatlin qal li jemmen li sena oħra waqt l-Olimpijadi ta’ Tokyo li issa ġew posposti għas-sena d-dieħla jemmen li jista’ jirbaħ il-finali sprint…

International Sports

Dawk fl-Istati Uniti li xtraw il-biljetti biex jattendu għal xi avveniment tal-Olimpjadi li kellhom jibdew f’Lulju li ġej se jkollhom l-opportunità u l-opzjoni biex jużawhom is-sena d-dieħla jew jieħdu flushom…

International Sports

L-Olimpjadi 2020 li kellhom jibdew fl-24 ta’ Lulju li ġej f’Tokjo, issa mxew għall-2021. Iktar kmieni, il-Prim Ministru tal-Ġappun Shinzo Abe kien għamel din it-talba lil Thomas Bach, President tal-Kumitat…

International Sports

Il-Prim Ministru tal-Ġappun Shinzo Abe talab lil Thomas Bach, President tal-Kumitat Olimpiku Internazzjonali biex l-Olimpjadi ta’ Tokjo 2020 isiru s-sena d-dieħla flok fis-sajf li ġej. Il-Ministru Olimpiku tal-Ġappun ukoll qalet…

Aktar