Atletika
L-IAAF ikkonfermat sospensjoni dwar doping kontra l-federazzjoni tal-atletika tar-Russja

Fl-Atletika, l-IAAF ikkonfermat sospensjoni dwar doping kontra l-federazzjoni tal-atletika tar-Russja.

Il-federazzjoni ilha sospiza mis-sena elfejn u ħmistax wara rapport kummisjonat mill-WADA, l-agenzija dinjija kontra d-doping, li kienet sabet evidenza konkreta ta’ doping fl-isport.

L-IAAF qalet li l-agenzija Russa ta’ kontra d-doping kienet għada trid tilqa zewġ kriterji, aċċess għall-informazzjoni dwar l-atleti Russi u kumpens finanzjarju massiv ghal spejjez u proċessi legali.

It-team tal-atletika tar-Russja li kien ġie sospiz mill-Olimpjadi fil-Brazil sentejn ilu kien ammetta l-uzu eċċesiv ta’ doping fl-isport, min-naha tagħhom l-awtoritajiet Russi baqgħu jiċħdu kull tip ta’ akkuza.

Miktub minn...
Peter Cossai
Kap ta' TVM Sport. Isegwi l-Isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirraporta l-football lokali u internazzjonali. Jippreżenta l-programm Kontrattakk.
Aħbarijiet Oħra
Atletika

Il-ġimgħa li għaddiet, l-atleta Kolombjana Caterine Ibarguen kienet imħabbra bħala l-aqwa atleta femminili fid-dinja mill-Assoċjazzjoni Internazzjonali tal-Federazzjonijiet tal-Atletika (IAAF). Ibarguen rebħet il-long u t-triple jumps fis-Central American and Caribbean Games,…

Atletika

In-Nofs Maratona fil-belt ta’ Shenzhen fiċ-Ċina kienet farsa sħiħa, hekk kif kameras tat-traffiku qabdu kważi 250 atleta għaddejjin minn ġol-arbuxelli u pjanti oħra sabiex inaqqsu mit-triq tat-tellieqa. Barra minn hekk,…

Atletika

Skandlu ieħor ta’ doping fl-atletika hekk kif Assoċjazzjoni Ewropea tal-Atletika ssospendiet lill-Bożnja Ħerżegovina wara l-aħħar riżultati ta’ doping ta’ xi atleti. Il-każ jista’ jkun relatat ma’ testijiet li saru s-sena…

Atletika

L-atleti Marokkin qegħdin jiddominaw l-maratona fid-deżert tal-Oman, kemm fil-kategorija tal-irġiel kif ukoll f’tan-nisa. Ilbieraħ, Rachid El Murabity irnexxielu joħroġ rebbieħ quddiem ħuħ Mohamed li daħal fit-tieni post. B’kollox, El Murabity,…

Aktar