Sports Internazzjonali
L-IAAF lesta tissospendi għal kollox lir-Russja

L-IAAF il-Federazzjoni Internazzjonali tal-Atletika lesta li tissospendi lill-Federazzjoni tal-Atletika tar-Russja għal kollox jekk dawn ma jħallsux il-multa imposta fuqhom sal-15 ta’ Awwissu.

Il-Federazzjoni tal-Atletika tar-Russja ilha sospiża mill-2015 b’ċertu atleti jingħataw konċessjoni jikkompetu biss taħt bandiera newtrali. Il-Kwistjoni tikkonċerna skema ta’ doping li ilha fis-seħħ għal snin twal u li inkixfet fil-pajjiż mill-WADA. Il-Federazzjoni u l-Gvern Russu kienu konxji minn din l-iskema u ħbewha għal snin twal. Rune Andersen, iċ-chairman tat-taskforce responsabbli minn din il-kwistjoni qal li hu rċieva garanzija mill-Ministru tal-Isport Russu Oleg Matytsin li l-pagament ta’ €6 miljuni kien se jitaħħals sa nofs Lulju. Il-multa kellha titħallas oriġinalment sal-1 ta’ Lulju iżda baqgħet ma tħallsitx.

 

 

Miktub minn...
TVM Sport
.
Aħbarijiet Oħra
International Sports

Il-Grand Prix tal-Ħadd li ġej f’Silverstone se jkun Grand Prix speċjali għaliex se jkun qed ifakkar is-70 anniversarju tal-ewwel Grand Prix fl-istorja li kien sar propju f’Silverstone fit-13 ta’ Mejju…

Olimpijadi TOKYO 2020

Olimpijadi ta’ Tokjo: Il-Pulizija ta’ Tokjo arrestat raġel li ilha tiġri warajh kważi sena u se tressqu l-Qorti talli dan xtara u beda jbiegħ midalji foloz tal-Olimpijadi ta’ Tokjo u…

Formula 1

Bidu u tmiem spettakolari fir-raba’ Grand Prix tal-istaġun tal-Formula 1 fuq iċ-ċirkwit ta’ Silverstone fl-Ingilterra hekk kif Lewis Hamilton reġa’ ddomina iżda t-team Mercedes irriskjaw bil-kbir hekk kif is-sewwieq Brittaniku…

Formula 1

Formula 1: Iċ-champion renjanti Lewis Hamilton u leader tal-klassifika tas-sewwiqa sa issa dan l-istaġun kiseb it-tielet pole position f’dan l-istaġun fil-Grand Prix tar-Renju Unit li se jsir għada fuq iċ-ċirkwit…

Aktar