L-IAAF se jiddeċidi dalwaqt fuq il-Federazzjoni Russa

Il-Kunsill tal-IAAF il-federazzjoni internazzjonali tal-Atletika kompla jiltaqa’ llum f’Monaco fejn fost affarijiet oħra fuq l-aġenda kien hemm is-sitwazzjoni tas-sospensjoni tal-federazzjoni Russa.

Il-President tal-IAAF Sebastian Coe qal li l-Federazzjoni se tkun qed tieħu deċiżjoni finali fil-jiem li ġejjin jekk hux se tibqa’ żżomm il-federazzjoni Russa sospiża għal iktar żmien wara li bħalissa qed issir inkjesta minn task force imwaqqfa apposta sabiex tinvestiga d-doping fost l-atleti Russi.

Il-Kunsill tal-IAAF għandu fuq l-aġenda wkoll kif il-federazzjoni internazzjonali tista’ tkun iktar trasparenti fl-operat sħiħ tagħha.

Miktub minn...
TVM Sport
.
Aħbarijiet Oħra
International Sports

Il-Grand Prix tal-Ħadd li ġej f’Silverstone se jkun Grand Prix speċjali għaliex se jkun qed ifakkar is-70 anniversarju tal-ewwel Grand Prix fl-istorja li kien sar propju f’Silverstone fit-13 ta’ Mejju…

International Sports

Il-cricket fl-Ingilterra sar l-ewwel sport li qed jerġa’ jara l-partitarji fih minn wara l-pandemija tal-COVID-19. 1,000 partitarji attendew għall-partita ta’ ħbiberija li ntlagħbet dalgħodu bejn Surrey u Middlesex. Il-partita qed…

International Sports

Alex Pullin, l-atleta tal-Awstralja, darbtejn Champion tad-Dinja tal-isnowboarding, instab mejjet fl-età ta’ 32 sena. Il-Pulizija kkonfermaw li Pullin instab fil-bajja ta’ Queensland Gold Coast u kien qed jistad meta ħassu…

International Sports

L-ex sewwieq tal-Formula 1 Alex Zanardi jinsab f’kundizzjoni kritika wara li lbieraħ filgħaxija kien involut f’inċident bil-handbike. Zanardi ġie operat urġenti f’rasu wara inċident ikrah fit-toroq ta’ Pienza ma’ trakk…

Aktar