Atletika
L-IAAF tibqa’ żżomm is-sospensjoni fuq l-atleti Russi

L-IAAF il-Federazzjoni Internazzjonali tal-Atletika, kkonfermat li s-sospensjoni fil-konfront tal-Assċjazzjoni tal-Atletika Russa.

Dan kien konfermat minn Sebastian Coe, il-President tal-IAAF meta kien qed jindirizza lill-media fi tmiem laqgħa teknika tal-Atletika fl-Arġentina.

L-Assoċjazzjoni Russa u diversi atleti russi: 43 b’kollox ġew sospiżi minn kull attivita’ u kompetizzjoni tal-IAAF wara li fir-rapport tal-Avukat McLaren ta’ Novembru 2015 kien ħareġ li r-Russja kellha sistema organizzata ta’ doping li allegatament kellha saħansitra l-barka tal-Gvern Russu.

Sebastian Coe qal li filwaqt li r-Russja qed tieħu l-passi neċċesarji sabiex tnaddaf l-atletika u l-isport inġenerali, l-pajjiż għadu m’għamilx biżejjed sabiex jikkonvinċi lill-IAAF sabiex twaqqa’ din is-sospensjoni.

B’eċċezzjoni l-IAAF kienet ħalliet lil xi atleti Russi jikkompetu wara li dawn kienu laħqu l-kriterji li huma nodfa mid-doping u li kienu ntrabtu li jkunu ttestjati regolarment. Dawn kienu tħallew jikkompetu taħt bandiera newtrali hekk kif se jitħallew ftit atleti Russi fil-Kampjonati Ewropej li se jsiru f’Berlin u li jibdew fis-7 ta’ Awwissu.

Miktub minn...
TVM Sport
.
Aħbarijiet Oħra
Atletika

L-atleta Dmitry Voloshin ma ddejjaq xejn li jiġri 50 kilometru maratona f’temperaturi friżati fir-Russja. F’din il-maratona li saret f’Yakutia, Voloshin ġera f’temperaturi ta’ sittin grad taħt iż-żero u dan sabiex…

Atletika

L-ewwel edizzjoni tar-Reġjun Tramuntana Winter Challenge se titella’ nhar il-Ħadd, 20 ta’ Jannar. It-tellieqa ser tibda fit-8 ta’ filgħodu nhar il-ħadd li ġej mill-Ġnejna u mistennija tispiċċa bejn id-9 u…

Atletika

Sa ftit snin ilu  l-isport tat-trail running kien wieħed ftit margħuf, iżda bl-sforzi tal-klabb Agones SFC, dan l-isport kiseb popolarita kbira. Dan intwera min numru ta’ atleti – 240 li…

Atletika

Nhar il-Ħadd 6 ta’ Jannar, il-MAAA organiżżat it-tielet tellieqa fir-Road Running League  għall-istaġun 2018-2019. Din kienet tellieqa ta’ 10km li bdiet u spiċċat f’Buġibba. It-tellieqa tal-irġiel kienet mirbuħa f’mod konvinċenti…

Aktar