Tazza tad-Dinja 2018
L-Ingilterra jġibu fix-xejn lill-Iżvezja 2-0 u jgħaddu għas-semifinali
F’logħba li bdiet kwieta u bit-timijiet ferm attenti minn xulxin, ftit li xejn rajna azzjonijiet lejn il-lasti rispettivi fl-ewwel nofs siegħa logħob. L-ewwel xutt lejn il-lasti kien ta’ Victor Claesson. Fid-dsatax-il minuta Harry Kane ukoll pprova xutt li minnu ma rriżulta xejn. Minn hawn ‘l hemm l-Ingliżi bdew jieħdu aktar l-inizjattiva u marru fil-vantaġġ fit-tletin minuta. Kien corner ta’ Ashley Young mix-xellug, daħal tajjeb Harry Maguire li bir-ras għeleb lill-goalkeeper Roben Olsen u tefa’ lis-supporters Ingliżi jkantaw il-God Save the Queen. Fil-ħin miżjud tal-ewwel taqsima kienhemm ieħor għat-tim Ingliż. Jordan Henderson jitfa ballun fit-tul, Raheem Sterling isib ruħu wiċċ‘imb wiċċma difensur Robin Olsen li rnexxielu jcaħħad lil Sterling milli jitfa lit-tim Ingliż 2-0 minn fuq.
Fil-bidu tat-tieni taqsima, l-Iżvezja ħarġu jfittxu l-goal ta’ draw. Wara biss żewġ minuti, cross ta’ Ludwig Augustinsson, għola tajjeb Marcus Berg iżda l-goalkeeper Jordan Pickard salva bi bravura. Wara din il-ħasda, l-Ingliżi reggħu poġġew moħħom hemm u sabu t-tieni fit-59, kien cross preċiż ta’ Jesse Lingard lejn Dele Ali, li bir-ras mingħjar tfixkil ta’ xejn għeleb lil goalkeeper Żvediż għat-tieni darba.
Fit-62 minuta kien xutt ta’ Viktor Claesson bil-goalkeeper Pickard jilqa bl-iżvediżi jonqsu li forsi jerggħu jidħlu fil-partita. Fit-72 minuta il-golkeeper Ingliz reġa kien protagonista b’save tajjeb fuq xutt ta’ Marcus Berg bil-ballun jispiċċa f’corner li minnu ma rrizulta xejn. L-Ingilterra komplew u jagħfsu għall-aktar goals meta fit-73 minuta ipprova Jesse Lingard bil-ballun jispiċċa barra. L-ingliżi komplew jikkontrollaw il-partita biex mat-tifsira finali bdew jiċċelebraw ir-rebħa u l-post fis-semifinali wara 28 sena u jistenna t-tieni semifinali tallum.
Miktub minn...
danielbuhagiar
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

Kwalifikazzjoni Kampjonat Euro UEFA 2020 European Qualifiers – Grupp F Malta…………….. 2 Gżejjer Faroe……1 Malta bdiet bl-aħjar mod l-impenji tagħha fil-kampjonat Ewropew 2020 meta f’Ta’ Qali f’logħba mill-iktar eċċitanti għeleb…

Futbol internazzjonali

Illum komplew jintlagħbu aktar logħbiet mill-kwalifikazzjoni għall-Euro 2020 meta minn Grupp A f’Wembley Stadium l-Ingilterra bdew bil-kbir l-impenji tagħhom dan wara li huma għelbu lir-Repubblika Ċeka bl-iskor ta’ 5-0.  L-eroj…

Futbol internazzjonali

L-attakkant Brażiljan ta’ Paris St Germain Neymar ġie akkużat mill-UEFA talli insulenta lir-referee wara li t-tim Franċiż safa eliminat mir-round tal-aħħar sittax tal-UEFA Champions League minn Manchester United. Neymar li…

Futbol internazzjonali

Ilbieraħ filgħaxija bdew il-logħbiet tal-gruppi ta’ kwalifikazzjoni għall-EURO 2020, b’diversi riżultati li wħud minnhom kienu mistennija u oħra waslu b’sorpriża. Mistennija r-rebħiet tal-Olanda, il-Kroazja, il-Polonja u l-Belġju, filwaqt li l-Każakstan…

Aktar