Tazza tad-Dinja 2018
L-Ingilterra jirbħu 2-1 kontra n-Niġerja f’Wembley

Logħba ta’ ħbiberija oħra llejla din id-darba bejn żewġ teams li t-tnejn li huma se jkunu qed jikkompetu fit-Tazza tad-Dinja Ingilterra kontra n-Niġerja. F’Wembley Wara 7 minuti l-Ingilterra marru minn fuq b’goal ta’ Gary Cahill.

Fid-39minuta Harry Kane jiskorja t-2-0 u t-tmien goal personali tiegħu fl-aħħar seba’ preżenzi man-Nazzjonali anke permezz tal-kompliċita’ tal-goalkeeper Niġerjan Francis Uzoho.

In-Niġerja naqqsu l-iskor għal 2-1 b’goal ta’ Alex Iwobi żewġ minuti mill-ftuħ tat-tieni taqsima u dak kellu jkun l-iskor finali.

Miktub minn...
Sandro Micallef
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-Isport lokali u internazzjonali. Jippreżenta l-programm Sports Panorama.
Aħbarijiet Oħra
Tazza tad-Dinja 2018

Il-Qorti ta’ Moska ilbieraħ bagħtet 15-il ġurnata ħabs lil waħda mill-erba’ persuni li nvadew il-pitch matul il-finali tal-Ħadd li għadda bejn Franza u l-Kroazja. Erba’ persuni invadew il-pitch matul il-finali…

Tazza tad-Dinja 2018

Merħba ta’ eroj anke għat-team nazzjonali tal-Kroazja mal-wasla lura Zagreb wara li kontra kull aspettattiva ġie t-tieni fit-Tazza tad-Dinja fir-Russja fejn tilef biss fil-finali kontra Franza. Minkejja t-telfa, it-team Kroat…

Tazza tad-Dinja 2018

L-għada li ġew inkurunati champions ġodda tad-dinja, ritorn trijonfali fil-kapitali Pariġi għall-iskwadra nazzjonali Franċiża tal-football. Eluf kbar ta’ partitarji laqgħu l-iskwadra l-ajruport Charles de Gaulle imma l-akbar merħba lill-players u…

Tazza tad-Dinja 2018

Qabel saret iċ-ċerimonja tal-għoti tal-midalji u eventwalment it-tazza lir-rebbieħa, ingħataw midalji lill-plejers li ddistingwew ruħhom f’din l-edizzjoni tar-Russja 2018. Inċidentalment, il-plejers li rebħu l-unuri lagħbu mat-timijiet li waslu sas-semifinali ta’…

Aktar