Futbol internazzjonali
L-Inter Club Malta se jorganizza wirja f’għeluq l-40 sena mit-twaqqif tiegħu

L-Inter Club Malta qed jorganizza wirja ta’ memorabilia f’għeluq l-40 sena mit-twaqqif tiegħu.

Il-wirja tikkonsisti f’diversi oġġetti marbuta mal-istorja tal-club Taljan tas-Serie A: fejn tispikka arma kbira tal-Inter li l-membri tal-club ilhom diversi ġimgħat fuqha u li se titniżżel fil-Malta Records bħala l-ikbar arma ta’ club tal-football li qatt inħadmet lokalment. Fil-wirja wkoll: kollezzjoni ta’ iktar minn 2,500 pinnijiet tal-ġlekk, u tifkiriet tat-Triplete storiku ta’ Scudetto, Coppa Italia u UEFA Champions League fl-2010.

Is-Supporters Club tal-Inter f’Malta kien twaqqaf fl-1978. Erba’ snin wara kellu l-ewwel kwartieri tiegħu fil-Furjana: qabel fl-1997 il-club ġarr għall-bini eżistenti f’Santa Venera. Tul is-snin il-club organizza diversi attivitajiet u stieden bosta players u diriġenti ta’ Inter hawn Malta: apparti li organizza żjarat għall-membri għal partiti ta’ Inter b’mod partikolari f’Milan.

Miktub minn...
Sandro Micallef
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-Isport lokali u internazzjonali. Jippreżenta l-programm Sports Panorama.
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

Premier League Ingliż 2018/19 Riżultat mit-tieni ġurnata Cardiff City 0 – 0 Newcastle United Everton 2 – 1 Southampton Leicester City 2 – 0 Wolverhampton Wanderers Tottenham Hotspur 3 –…

Futbol internazzjonali

L-Eks kowċ Nazzjonali tal-Portugal Paulo Bento inħatar bħala l-kowċ Nazzjonali l-ġdid tal-Korea ta’ Isfel. Il-Federazzjoni tal-Football tal-pajjiż qalet fi stqarrija li huma taw kuntratt ta’ erba’ snin lil Bento li…

Futbol internazzjonali

Il-Player ta’ Juventus Claudio Marchisio se jinħall mill-kuntratt tiegħu ma’ Juventus wara karriera ta’ 25 sena ma’ dan il-Club. Marchisio lagħab dejjem mal-Club minn Turin għal 25 sena konsekuttivi bil-flok…

Aktar