Futbol lokali
L-Investituri Għarab ta’ Valletta FC “lesti jonfqu €250 miljun fi Sports City”
Ikkonfermat li saret offerta lil Usain Bolt biex isieħeb lil Valletta

Il-President ta’ Valletta FC Victor Sciriha żvela ma’ TVMSport li l-investituri mill-Emirati Għarab Magħquda ressqu proposta għal proġett li jkun jinvolvi stadium u kumpless sportiv bi spiża ta’ kwart ta’ biljun ewro.

Victor Sciriha qal b’danakollu li f’dan l-istadju l-proġett iltaqa’ ma’ ostaklu billi l-club u l-investituri ġew infurmati mill-Awtorita’ tal-Ippjanar li l-art f’Ħal Farruġ li fuqha qed jiġi propost li tinbena dik li qed tissejjaħ Sports City hija ODZ (Outside Development Zone) u għaldaqstant ma jistax isir l-iżvilupp sħiħ fuqha.

L-art kienet ingħatat lil Valletta FC b’riżoluzzjoni tal-parlament seba’ snin ilu meta kemm gvern u oppożizzjoni kienu vvutaw favur.

Fl-intervista esklussiva ma’ TVMSport Victor Sciriha kkonferma wkoll li saret offerta finanzjarja mill-investituri Għarab lill-isprinter champion tad-dinja Usain Bolt biex isieħeb lil Valletta bħala player. Bolt bħalissa jilgħab fl-Awstralja u għandu offerta oħra biex isieħeb club Ġappuniż. Valletta qed joffru lil Bolt kuntratt ta’ sentejn.

Araw l-intervista sħiħa ma’ Victor Sciriha hawnhekk.

Miktub minn...
Peter Cossai
Kap ta' TVM Sport. Isegwi l-Isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirraporta l-football lokali u internazzjonali. Jippreżenta l-programm 90 Minuta.
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

Hamrun Spartans kontra Valletta hi partita li tqanqal memorji kbar għal dawk li jiftakru s-Snin ’80. Il-partita ta’ għada fl-istadium nazzjonali, f’Ta’ Qali, mhux eċċezzjoni. It-tensjoni fit-toroq tal-Ħamrun u tal-Belt…

Futbol lokali

Bejn illejla u għada tintlagħab l-aħħar ġurnata tal-Kampjonat BOV Premier bi programm ta’ seba’ logħbiet, b’erbgħa jintlagħbu llejla u tlieta jintlagħbu għada. Kif tista’ tkun id-dinamika tal-aħħar ġurnata tal-istaġun? Min…

Futbol lokali

Ftit sigħat qabel l-aħħar partita tal-Kampjonat BOV Premier 2018/19, it-tmien kowċis tal-erba’ partiti kruċjali li se jiddeterminaw min jirbaħ it-titlu, min jispiċċa fir-raba’ post u min jiġi relegat, tkellmu u…

Futbol lokali

Birkirkara huma ċ-champions tal-football lokali tan-nisa għat-tielet staġun konsekuttiv wara li bi draw ma’ Hibernians żammew vantaġġ li bih ma jistgħux jintlaħqu iżjed fil-quċċata tal-klassifika. Fil-partita tal-bieraħ fis-Centenary Stadium, it-tfajliet…

Aktar