Tazza tad-Dinja 2018
L-Iran l-ewwel team Nazzjonali li jasal ir-Russja, jagħżlu Lokomotiv Bakovka bħala l-bażi tagħhom

Tazza tad-Dinja Russja 2018: L-Iran huwa l-ewwel pajjiż li wasal ir-Russja qabel il-bidu tal-edizzjoni ta’ din is-sena.

Huma wasslu r-Russja tmient ijiem qabel il-ftuħ uffiċjali skedat għal nhar il-Ħamis li ġej 14 ta’ Ġunju.

L-Iran li huma mmexxija mill-kowċ Carlos Queiroz se jkunu qed jilagħbu fi Grupp B ma’ Spanja, l-Portugal u l-Marokk.

L-Iran li kkwalifikaw miż-żona Ażjatika għażlu t-Training Center ta’ Lokomotiv Bakovka fir-reġjun ta’ Moska bħala l-bażi ta’ taħriġ tagħhom.

Din se tkun il-ħames darba li l-Iran ikkwalifikaw għal edizzjoni tat-Tazza tad-Dinja.

Huma se jkunu qed jilagħbu l-aħħar logħba ta’ ħbiberija kontra l-Litwanja nhar il-Ġimgħa qabel l-ewwel partita uffiċjali minn grupp B kontra l-Marokk il-Ġimgħa ta’ wara fis- Saint Petersburg Stadium.

Miktub minn...
Sandro Micallef
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-Isport lokali u internazzjonali. Jippreżenta l-programm Sports Panorama.
Aħbarijiet Oħra
Aktar