Olimpijadi TOKYO 2020
L-Iskateboarding għall-ewwel darba fl-Olimpjadi

Bħal-lum ġimgħa jingħata bidu għall-Olimpjadi ta’ Tokjo, kif ukoll ser tiddebutta d-dixxplina tal-iskateboarding.

Dan l-isport oriġina fit-toroq Amerikani minn surfers li riedu jaraw kif jgħaddu ħinhom meta l-baħar ma kienx ikun imqalleb u allura ma kienx ikun hemm mewġ. U għalkemm fil-bidu min kien jipprattika dan l-isport kien meqjus bħala xi ħaġa inqas mill-oħrajn, maż-żmien l-iskateboarding infiltra sew fid-dinja sportiva u llum huwa industrija multi-biljunarja.

Din id-dixxplina damet ħafna ma sabet postha fl-Olimpjadi. Qabilha ddaħħlu l-isnowboarding, skicross, BMX, beach volleyball u sport ieħor. Huma ħafna dawk li qed jaħsbu li fil-verità huma l-Olimpjadi nfushom li għandhom bżonn l-iskateboarding, aktar milli l-iskateboarding għandu bżonn l-Olimpjadi. Dan għaliex permezz tal-Logħob Olimpiku, id-dixxiplina tal-iskateboarding ser tibda tintlaħaq aktar u ssir popolari aktar milli diġà hi.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA