Local Sports
L-Iskola Nazzjonali tal-Isport tilqa’ l-Queen’s Baton

L-iskola nazzjonali tal-isport laqgħet il-Queen’s Baton bħalha parti mill-baton relay li qed issir bħalissa madwar diversi pajjiżi tal-commonwealth.

Din il-baton relay ilha ssir għal dawn l-aħħar snin sabiex tfakkar l-għaqda u l-valuri madwar il-pajjiżi tal-commonwealth kif ukoll tippromwovi soċjetà inklussiva.

Il-kap ta’ l-iskola s-sur Robert Magro tkellem dwar l-importanza ta’ edukazzjoni nklussiva u ta kwalità li l-iskola qed toffri lil kull student atleta li qiegħed jattendi.

Is-sur Magro esprima s-sodisfazzjon għal-fatt li tlieta minn l-istudenti li qed iġorru l-baton huma tlett studenti ġejjin minn l-iskola nazzjonali tal-isport li huma Lijana Sultana, Julian Scerri mid-dixxiplina ta l-isquash u Anthea Cutajar plejer tat-table-tennis.

 

Miktub minn...
TVM Sport