L-iskwadra Ingliża għat-Tazza tad-Dinja nhar it-Tnejn .. Rooney u Jones irkupraw

Aħbar tajba għal kowċ Nazzjonali Ingliż Roy Hodgson qabel iħabbar l-iskwadra finali tat-Tazza tad-Dinja nhar it-Tnejn li ġej.

Dan hekk kif id-duo ta’ Manchester United, Phil Jones u Wayne Rooney, it-tnejn se jkunu f’sikkithom biex jirrapreżentaw lil pajjiżhom fil-kompetizzjoni fil-Brażil li tibda xahar iehor.

Id-difensur Phil Jones weġġa spalltu nhar it-Tlieta fir-rebħa ta’ 3-1 li r-Red Devils kisbu fuq Hull City fl-aħħar logħba tal-istaġun f’Old Trafford.

Min-naħa tiegħu, Rooney irkupra minn uġiegħ żgħir li kellu fil-groin u li ħallieh barra mill-istess partita.

Hemm stennija kbira għal nhar it-Tnejn li ġej biex Roy Hodgson iħabbar l-iskwadra finali li se jtella miegħu għat-Tazza tad-Dinja.

Min-naħa tiegħu il-manager proviżorju tal-United Ryan Giggs ikkonferma lid-duo se jitħallew barra mill-aħħar logħba tal-kampjonat nhar il-Ħadd li ġej, li Manchester United għandhom fis-St.Mary’s kontra Southampton.

Miktub minn...
Rodney Vassallo
Aħbarijiet Oħra

Il-manager ta’ West Ham David Moyes flimkien mal-plejers Issa Diop u Josh Cullen irriżultaw pożittiv għat-test tal-Covid-19 li sarilhom ftit sigħat ilu. L-istaff mediku tal-klabb kien infurmat bir-riżultati ftit tas-sigħat…

Juventus iffirmaw lill-attakkant Spanjol Alvaro Morata b’self għal sena mingħand Atlético Madrid. Iċ-champions Taljani ħallsu €10 miljuni sabiex ħadu lil Morata għal sena, biċ-ċans li jixtruh permanenti meta jispiċċa t-terminu…

MALTA ………….0 DANIMARKA….8 EURO 2021 TAN-NISA Telfa kbira ta’ 8-0 għal Malta kontra d-Danimarka illejla fis-Centenary Stadium. It-telfa hija s-sitt waħda għat-tfajliet Maltin minn tmien logħbiet s’issa fi Grupp B:…

Il-partitarji ta’ Seville qed jiġu ttestjati kontra l-COVID-19 hekk kif jinsabu fi triqithom lejn l-Ungerija għall-finali tas-Super Cup tal-Ħamis li ġej kontra Bayern Munich. Il-partitarji se jitħallew jidħlu jsegwu l-finali…

Aktar