Futbol lokali
L-iskwadra tal-Gżejjer Faroe tittrenja fl-Istadium Nazzjonali
Il-coach Olsen; "Nistenna logħba bilanċjata, imma nemmen li nirbħu"

Taħt għajnejn il-coach Lars Olsen, illum wara nofsinhar is-sessjoni uffiċjali ta’ taħriġ ta’ lejlet il-partita tal-iskwadra tal-Gżejjer Faroe fuq il-ħaxix tal-Istadium Nazzjonali.

Fil-mikrofonu ta’ TVMSport, Olsen wera ruħu k unfidenti minn rebħa kontra Malta meta qal li qed jistenna logħba bilanċjata imma għandu biżżejjed fiduċja fit-team tiegħu.

Il-captain tal-Gżejjer Faroe Atli Gregersen, li għalih se tkun it-tielet partita kontra Malta fi zmien sitt xhur wara li lagħab fiż-żewġ konfronti tal-UEFA Nations League is-sena li għaddiet, ukoll qal li qed jistenna partita kumbattuta bejn żewġ timijiet tal-istess kalibru.

Wara Malta, il-Gżejjer Faroe imisshom it-tieni partita fi Grupp F kontra r-Rumanija f’Bucharest nhar it-Tlieta.

Miktub minn...
Peter Cossai
Kap ta' TVM Sport. Isegwi l-Isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirraporta l-football lokali u internazzjonali. Jippreżenta l-programm 90 Minuta.
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

Bjorn Vassallo, il-President tal-Malta Football Association, se jkun qed jitkellem f’konferenza tal-aħbarijiet, illum fus-19.00. Il-konferenza se tixxandar diretta fuq TVM2. Il-President tal-MFA se jkun qed jitkellem għall-ewwel darba minn wara…

Futbol lokali

Il-Kumitat tal-Club tal-Football ta’ Qrendi illum għamilha ċara u ċaħad xnigħat li qed jidhru fil-midja soċjali, li  mhuwiex minnu li ma riedx ikun promoss fil-Kampjonat Premier. Fi stqarraija l-Club qal…

Futbol lokali

Floriana huma champions tal-football Malti wara vot fil-kunsill tal-MFA: u b’votazzjoni separata Tarxien Rainbows se jżommu posthom fil-Kampjonat BOV Premier li l-istaġun li ġej se jkollu sittax-il team. Nadur Youngsters…

Futbol lokali

Il-Kunsill tal-MFA ivvota wkoll favur it-tielet mozzjoni li kien hemm fil-ġurnata u biha Nadur Youngsters FC saru Champions tal-futbol Għawdxi. 55 vot kienu favur din il-mozzjoni, erbgħa kienu kontra u…

Aktar