L-iskwadri nazzjonali tat-timijiet nazzjonali tan-nisa jitilqu llum

 

Pierre Brincat u Mark Gatt, iż-żewġ kowċis nazzjonali tat-timijiet tan-nisa tal-kbar u ta’ taħt id-19-il sena, sejħu l-iskwadri finali tagħhom li biha se jkunu qegħdin jilagħbu barra minn Malta.

Iż-żewġ timijiet iħallu pajjiżna illum. It-tim nazzjonali tal-kbar se jkun qiegħed jivvjaġġa lejn id-Danimarka filwaqt li t-tim nazzjonali ta’ taħt id-19-il sena se jmur il-Bosnija.

It-tim nazzjonali A se jkun qiegħed jilgħab l-aħħar partita barra minn daru f’dan il-Grupp.

Huma jilagħbu l-aħħar partita tal-Grupp il-ġimgħa d-dieħla kontra l-Isvizzera fil-Victor Tedesco It-tim ta’ taħt id-19-il sena jħalli pajjiżna l-Ħamis ukoll tard filgħaxija. Huma jmorru l-Bosnija għal tournament trijangulari bejn ir-Rumanija, ir-Repubblika Ċeka u l-istess Bosnija Herzegovina.

Miktub minn...
TVM Sport
.
Aħbarijiet Oħra

Bejn illejla u nhar il-Ħadd li ġej tintlagħab it-tieni ġurnata tal-Kampjonat BOV Premier. Wara diversi riżultati interessanti fl-ewwel ġurnata tal-kampjonat, hemm timijiet li għadhom jissieltu għall-ewwel punti fil-klassifika, filwaqt li…

UEFA Europa League: 3 Round Floriana…………2 Flora Tallinn…..4 Floriana raw il-ħolma tagħhom li jsiru l-ewwel team Malti li jgħaddi għall-play-offs tal-UEFA Europa League tisfuma meta wara wirja qalbenija li rathom…

L-ex captain ta’ Floriana Clyde Borg ingħaqad ma’ Gżira United. Borg iffirma kuntratt ta’ sena mal-Maroons. Clyde Borg għandu 28 sena u fil-karriera tiegħu lagħab aktar minn 200 partita ma’…

Il-protokoll mediku implimentat fil-Kampjonat BOV Premier u fiċ-Challenge League, mhux se jkun l-istess bħal dak implimentat għal-livelli ‘amateur and grassroots.’ TVMSport jinsab infurmat li l-Awtoritajiet tas-Saħħa qegħdin iqisu dan il-livell…

Aktar