Local Sports
L-Isla jirbħu r-Regatta Annwali tal-Youths

Illum, fil-bajja tar-Rinella fil-Kalkara, saret edizzjoni oħra tar-Regatta Annwali tal-Youths bejn Bormla, l-Isla u l-Kalkara.

Ir-regatta kienet miftuħa għall-qaddiefa ta’ taħt it-18-il sena.

L-Isla rebħu l-ewwel, it-tieni, it-tielet u l-aħħar tiġrija filwaqt li ġew it-tieni fir-raba’ waħda.

Il-Kalkara ġew it-tieni fil-klassifika over all filwaqt li Bormla ġew it-tielet over all.

Wara li ntemmu t-tlielaq saret il-preżentazzjoni tax-shield lill-President tal-Isla Charmaine Gerada.

Il-preżentazzjoni saret mill-President tal-Għaqda Regatta Nazzjonali u Qdif ieħor, Stephen Paris.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Local Sports

Dalgħodu fil-Mużew Marittimu fil-Birgu tħabbru l-finalisti tal-IsportMalta Awards, l-Għażliet Sportivi Nazzjonali. Ħames finalisti f’kull kategorija minbarra t-tim tas-sena li se jkunu sitta, hemm żewġ finalisti li ġabu l-istess ammont ta’…

Local Sports

Is-sittin edizzjoni ta’ SportMalta Awards – Għażliet Sportivi Nazzjonali se ssir nhar is-Sibt tnejn u għoxrin ta’ Frar li ġej. Edizzjoni speċjali is-sittin waħda minn meta dan l-avveniment kien ġie…

Mountain Bikes

L-Assoċjazzjoni Maltija tal-Mountain Bike ħabbret il-kalendarju tagħha għall-2020. L-istaġun jibda l-Ħadd 19 ta’ Jannar fl-Imġarr. In-National Point Series ser tkun tikkonsisti f’ħames tlielaq mifruxa fuq il-perjodu bejn Jannar u Lulju….

Aktar