Motorsport
L-isport fl-Istati Uniti jibda jirritorna bil-mod il-mod fost ħafna kritika

Wara aktar minn xahar mingħajr tlielaq, it-track ta’ Park Jefferson reġgħet laqgħet il-ħsejjes tal-magni u l-qilla tat-tyres wara li s-Sibt li għadda rritornaw it-tlielaq fl-Istati Uniti. Minn meta bdiet il-pandemija tal-coronavirus fl-Istati Uniti, l-isport kollu kellu jieqaf, imma wara li l-ġimgħa li għaddiet bdew jitneħħew il-miżuri tal-lockdown, beda jirritorna l-isport mingħajr spettaturi. F’din it-trakka s-soltu jkun hemm madwar 700 spettatur, imma s-Sibt li għadda kienet vojta ħlief għas-sewwieqa u l-karozzi tagħhom.

Il-Gvernatur ta’ South Dakota Kristi Noem tat il-permess sabiex issir din it-tellieqa, deċiżjoni li ġabet kritika ħarxa internazzjonalment.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

Il-partitarji fid-Danimarka qed isegwu l-logħon fuq skrins kbar fil-car parks. FC Midtjylland qed jagħmlu dak kollu possibbli sabiex il-partitarji tagħhom ikunu jistgħu jsegwu l-logħob tat-tim, u f’parkeġġ li jesa’ 12,000…

Atletika

Il-maratona ta’ Boston li suppost kellha ssir f’April li għadda u kienet posposta għal Settembru minħabba l-pandemija tal-Covid-19, issa spiċċat ikkanċellata għall-ewwel darba fl-istorja. L-organizzaturi qalu li sfortunatament, għall-ewwel darba…

Futbol internazzjonali

Il-Kampjonat Premier Ingliż ser jirritorna fis-17 ta’ Ġunju wara li l-amministrazzjoni tal-Premier League ltaqgħet mal-20 klabb tal-ogħla diviżjoni fl-Ingilterra. Il-kampjonat mistenni jirritorna matul il-ġurnata tal-Erbgħa, bil-logħbiet Aston Villa – Sheffield…

COVID-19 Sports

Il-Clubs tal-Premier fl-Ingilterra vvutaw b’mod unanimu favur li jibda t-taħriġ normali inkluż li jista’ jsir kuntatt fi small sided games u anke jistgħu isiru tackles. Dan il-vot ironikament wasal sigħat…

Aktar